+Artikolu 63 1.

Artikolu 63 1.

L-interkonnetturi l-ġodda tal-kurrent dirett jistgħu, fuq talba, jiġu eżentati, għal perjodu limitat, mill-Artikolu 19(2) u (3) ta' dan ir-Regolament u mill-Artikoli 6 u 43, l-Artikolu 59(7) u l-Artikolu 60(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944 sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-investiment ikabbar il-kompetizzjoni fil-provvista tal-elettriku;

(b) 

il-livell ta' riskju assoċjat mal-investiment huwa tali li l-investiment ma jsirx jekk ma tingħatax eżenzjoni;

(c) 

l-interkonnettur huwa proprjetà ta' persuna fiżika jew ġuridika li mill-inqas tkun separata f'termini tal-forma ġuridika tagħha, mill-operaturi tas-sistema li l-interkonnettur għandu jinbena fis-sistemi tagħhom;

(d) 

jingħataw imposti fuq l-utenti ta' dak l-interkonnettur;

(e) 

mill-ftuħ parzjali tas-suq li hemm referenza għalih fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ), ma tkun ġiet irkuprata l-ebda parti mill-kostijiet kapitali jew operattivi tal-interkonnettur minn xi komponent tal-imposti magħmula għall-użu tas-sistemi ta' trażmissjoni jew distribuzzjoni kkollegati mal-interkonnettur; u

(f) 

eżenzjoni ma tkunx għad-detriment tal-kompetizzjoni jew għall-funzjonament effettiv tas-suq intern għall-elettriku, jew għall-funzjonament effiċjenti tas-sistema regolata li l-interkonnettur huwa kkollegat magħha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.