|
+ANNESS V Ir-rapportar u l-ġestjoni tad-data msemmija fl-Artikoli 13a sa 13c |
ANNESS V Ir-rapportar u l-ġestjoni tad-data msemmija fl-Artikoli 13a sa 13c
ANNESS V Ir-rapportar u l-ġestjoni tad-data msemmija fl-Artikoli 13a sa 13c 1. RAPPORTAR MILL-ISTATI MEMBRI 1.1. Id-data speċifikata fil-Parti A tal-Anness IV għandha tiġi trażmessa f’konformità mal-Artikolu 13a mill-punt ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti permezz tat-trasferiment elettroniku tad-data lill-Aġenzija Ewropea għall=Ambjent. Il-punt ta’ kuntatt għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent permezz tal-posta elettronika fl-indirizzi li ġejjin meta tiġi trażmessa d-data: EC-CO2 -HDV-IMPLEMENTATION@ec.europa.eu u 2. RAPPORTAR MILL-MANIFATTURI 2.1. ►M4 Il-manifatturi għandhom, mingħajr dewmien, jirrapportaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent l-informazzjoni li ġejja: ◄
(a)
isem il-manifattur kif indikat fiċ-ċertifikat tal-konformità jew fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni individwali;
(b)
il-kodiċi jew il-kodiċijiet tad-WMI assenjati lill-manifattur, u, għal kull kodiċi tad-WMI fejn it-tielet karattru huwa “9”, barra minn hekk, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames karattri tal-VIS assenjati biex jidentifikaw il-manifattur;
(c)
il-punt ta’ kuntatt responsabbli biex jittrażmetti d-data lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent;
(d)
il-kategorija tal-vettura tal-vetturi li għalihom il-manifattur għandu obbligu ta’ rapportar f’konformità mal-Artikolu 13b. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla f’dik l-informazzjoni. In-notifiki għandhom jintbagħtu fl-indirizzi msemmija fil-punt 1.1. 2.2. Id-data speċifikata fil-Parti B tal-Anness IV għandha tiġi trażmessa f’konformità mal-Artikolu 13b mill-punt ta’ kuntatt tal-manifattur permezz tat-trasferiment elettroniku tad-data lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. Il-punt ta’ kuntatt għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent permezz tal-posta elettronika fl-indirizzi msemmija fil-punt 1.1. meta tiġi trażmessa d-data. 2.3. Is-servizzi tekniċi maħtura li huma responsabbli għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi heavy-duty tal-kategoriji O3 u O4 skont l-Artikolu 8(6) u (7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362, għandhom, mingħajr dewmien, jirrapportaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-isem tas-servizz tekniku;
(b)
l-Istat Membru li jkun ħatar is-servizz tekniku;
(c)
il-punt ta’ kuntatt responsabbli biex jittrażmetti d-data lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent;
(d)
l-ismijiet tal-manifatturi li jkunu għamlu s-servizz tekniku responsabbli għas-simulazzjoni u r-rapportar tad-data dwar il-vetturi tagħhom;
(e)
il-kodiċi jew il-kodiċijiet tad-WMI assenjati lill-manifatturi li jkunu għamlu s-servizz tekniku responsabbli għas-simulazzjoni u r-rapportar tad-data dwar il-vetturi tagħhom, u, għal kull kodiċi tad-WMI li t-tielet karattru tiegħu jkun “9”, flimkien ma’ dan it-tielet, ir-raba’ u l-ħames karattri tal-VIS assenjati biex jidentifikaw il-manifattur ikkonċernat. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla f’dik l-informazzjoni. In-notifiki għandhom jintbagħtu fl-indirizzi msemmija fil-punt 1.1. 2.4. B’deroga mill-punt 2.2, għal vetturi heavy-duty tal-kategoriji O3 u O4, li għalihom ir-responsabbiltà għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ġiet assenjata lil servizz tekniku maħtur skont l-Artikolu 8(6) u (7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362, id-data speċifikata fil-Parti B tal-Anness IV għandha tiġi trażmessa f’konformità mal-Artikolu 13b mill-punt ta’ kuntatt tas-servizz tekniku permezz ta’ trasferiment elettroniku tad-data lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. Il-punt ta’ kuntatt għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent permezz tal-posta elettronika fl-indirizzi msemmija fil-punt 1.1 meta tiġi trażmessa d-data. 3. IPPROĊESSAR TAD-DATA 3.1. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tipproċessa d-data trażmessa f’konformità mal-punti 1.1 u 2.2 u għandha tirreġistra d-data pproċessata fir-reġistru. 3.2. Id-data relatata ma’ vetturi tqal irreġistrati fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti u rreġistrata fir-reġistru għandha ssir pubblika sat-30 ta’ April ta’ kull sena, bl-eċċezzjoni tal-entrati tad-data li ġejjin:
3.2.1.
in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura;
3.2.2.
l-isem u l-indirizz tal-manifattur tat-trażmissjoni;
3.2.3.
id-ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur tat-trażmissjoni);
3.2.4.
l-isem u l-indirizz tal-manifattur tal-fusien;
3.2.5.
id-ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur tal-fusien);
3.2.6.
l-isem u l-indirizz tal-manifattur tat-tajers;
3.2.7.
id-ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur tat-tajers);
3.2.8.
il-mudell tal-magna;
3.2.9.
il-mudell tat-trażmissjoni;
3.2.10.
il-mudell tat-tardjatur;
3.2.11.
il-mudell tal-konvertitur tat-torque;
3.2.12.
il-mudell tal-angle drive;
3.2.13.
il-mudell tal-fusien;
3.2.14.
il-mudell tar-reżistenza tal-arja;
3.2.15.
fajl CSV (Comma Separated Values) bl-istess isem bħall-job file u b’estensjoni. vsum li jinkludi r-riżultati aggregati għal kull profil tal-missjoni u kundizzjoni ta’ tagħbija simulati;
3.2.16.
il-fajl ta’ informazzjoni dwar il-vettura (VIF);
3.2.17.
l-isem u l-indirizz tal-manifattur tal-magni b’kombustjoni interna;
3.2.18.
l-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur tal-magni b’kombustjoni interna);
3.2.19.
l-isem u l-indirizz tal-manifattur tas-sistema tal-magna elettrika / tal-IEPC / tal-IHPC tat-Tip 1;
3.2.20.
l-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur tas-sistema tal-magna elettrika / tal-IEPC / tal-IHPC tat-Tip 1);
3.2.21.
l-isem u l-indirizz tal-manifattur taċ-ċelloli tal-fjuwil;
3.2.22.
l-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur taċ-ċelloli tal-fjuwil);
3.2.23.
l-isem u l-indirizz tal-manifattur ta’ sistemi tal-ħżin tal-enerġija elettrika;
3.2.24.
l-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur ta’ sistema tal-ħżin tal-enerġija elettrika);
3.2.25.
Koeffiċjent K (W/m2-K);
3.2.26.
in-numru taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-ADR għat-trejlers EX/III. 3.3. Meta awtorità kompetenti jew manifattur jidentifika żbalji fid-data ppreżentata, huwa għandu jinnotifikahom mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent billi jippreżenta rapport ta’ notifika ta’ żball lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u b’ittra elettronika fl-indirizzi msemmijin fil-punt 1.1. 3.4. Il-Kummissjoni għandha, bis-sostenn tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, tivverifika l-iżbalji nnotifikati u, meta jkun xieraq, tikkoreġi d-data fir-reġistru. 3.5. Il-Kummissjoni, bis-sostenn tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tagħmel formats elettroniċi disponibbli għat-trażmissjonijiet tad-data msemmijin fil-punti 1.1 u 2.2 fi żmien debitu qabel l-iskadenzi għat-trażmissjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|