2. Stat Membru jista’ jiddeċiedi li ma jkunx xieraq li ilma jerġa’ jintuża għat-tisqija agrikola f’distrett jew distretti tiegħu ta’ baċin ta’ xmara jew f’partijiet minnhom, b’kont meħud tal-kriterji li ġejjin:
|
(a)
|
il-kondizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi tad-distrett jew partijiet minnu;
|
|
(b)
|
il-pressjonijiet fuq u l-istatus ta’ riżorsi oħra tal-ilma, inkluż l-istatus kwantitattiv tal-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art kif imsemmi fid-Direttiva 2000/60/KE;
|
|
(c)
|
il-pressjonijiet fuq u l-istatus tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ li fihom jiġi skarikat ilma mormi urban trattat;
|
|
(d)
|
l-ispejjeż f’termini ambjentali u ta’ riżorsi tal-ilma reklamat u ta’ riżorsi oħra tal-ilma.
|
Kull deċiżjoni meħuda skont l-ewwel subparagrafu għandha tkun debitament ġustifikata abbażi tal-kriterji msemmija f’dak is-subparagrafu u tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni. Għandha tiġi riveduta kif meħtieġ, b’mod partikolari billi jitqiesu l-projezzjonijiet tat-tibdil fil-klima u l-istrateġiji nazzjonali ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, u mill-inqas kull sitt snin filwaqt li jitqiesu l-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar stabbiliti skont id-Direttiva 2000/60/KE.