+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 1
---+Artikolu 2 2
---+Artikolu 2 3
---+Artikolu 2 4
|
Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 1
|
1. Dan ir-Regolament japplika kull meta l-ilma mormi urban trattat jintuża mill-ġdid, f’konformità mal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 91/271/KEE, għat-tisqija agrikola kif speċifikat fit-Taqsima 1 tal-Anness I għal dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 2 2
|
2. Stat Membru jista’ jiddeċiedi li ma jkunx xieraq li ilma jerġa’ jintuża għat-tisqija agrikola f’distrett jew distretti tiegħu ta’ baċin ta’ xmara jew f’partijiet minnhom, b’kont meħud tal-kriterji li ġejjin:
|
(a)
|
il-kondizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi tad-distrett jew partijiet minnu;
|
|
(b)
|
il-pressjonijiet fuq u l-istatus ta’ riżorsi oħra tal-ilma, inkluż l-istatus kwantitattiv tal-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art kif imsemmi fid-Direttiva 2000/60/KE;
|
|
(c)
|
il-pressjonijiet fuq u l-istatus tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ li fihom jiġi skarikat ilma mormi urban trattat;
|
|
(d)
|
l-ispejjeż f’termini ambjentali u ta’ riżorsi tal-ilma reklamat u ta’ riżorsi oħra tal-ilma.
|
Kull deċiżjoni meħuda skont l-ewwel subparagrafu għandha tkun debitament ġustifikata abbażi tal-kriterji msemmija f’dak is-subparagrafu u tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni. Għandha tiġi riveduta kif meħtieġ, b’mod partikolari billi jitqiesu l-projezzjonijiet tat-tibdil fil-klima u l-istrateġiji nazzjonali ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, u mill-inqas kull sitt snin filwaqt li jitqiesu l-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar stabbiliti skont id-Direttiva 2000/60/KE.
|
|
Artikolu 2 3
|
3. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, il-proġetti ta’ riċerka jew il-proġetti pilota marbuta ma’ faċilitajiet tar-reklamazzjoni jistgħu jiġu eżenti minn dan ir-Regolament fejn l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li l-kriterji li ġejjin ikunu ġew issodisfati:
|
(a)
|
il-proġett ta’ riċerka jew il-proġett pilota mhux ser jitwettaq f’korp ta’ ilma użat għall-astrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jew żoni ta’ salvagwardja rilevanti magħżula skont id-Direttiva 2000/60/KE;
|
|
(b)
|
il-proġett ta’ riċerka jew il-proġett pilota ser ikun soġġett għal monitoraġġ xieraq.
|
Kwalunkwe eżenzjoni skont dan il-paragrafu għandha tkun limitata għal perijodu massimu ta’ ħames snin.
L-għelejjel li jirriżultaw minn proġett ta’ riċerka jew proġett pilota eżentat skont dan il-paragrafu ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq.
|
|
Artikolu 2 4
|
4. Dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 852/2004 u ma jipprekludix lill-operaturi tan-negozju tal-ikel milli jiksbu l-kwalità tal-ilma meħtieġa biex jikkonformaw ma’ dak ir-Regolament billi jużaw, fi stadju sussegwenti, diversi opzjonijiet ta’ trattament tal-ilma waħedhom jew flimkien ma’ opzjonijiet oħra li ma jittrattawx l-ilma, jew milli jużaw sorsi alternattivi tal-ilma għat-tisqija agrikola.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0741
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|