1. Meta l-użu mill-ġdid tal-ilma huwa ta’ rilevanza transkonfinali, l-Istati Membri għandhom jinnominaw punt ta’ kuntatt għall-finijiet ta’ kooperazzjoni mal-punti ta’ kuntatt ta’ Stati Membri oħra u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, kif adatt, jew għandhom jużaw strutturi eżistenti li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali.
Ir-rwol tal-punti ta’ kuntatt jew l-istrutturi eżistenti għandu jkun li:
|
(a)
|
jirċievu u jittrasmettu talbiet għal assistenza;
|
|
(b)
|
jagħtu assistenza fuq talba; u
|
|
(c)
|
jikkoordinaw il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.
|
Qabel ma jagħtu permess, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(3) mal-punt ta’ kuntatt fl-Istat Membru li fih ikun maħsub li jintuża l-ilma reklamat.