+Artikolu 3 Objettivi tal-Programm
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4

Artikolu 3 Objettivi tal-Programm

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1

1.   L-objettiv ġenerali tal--Programm huwa li jipprovdi finanzjament għad-dekummissjonar ta’ faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, skont il-ħtiġijiet identifikati fil-pjan ta’ dekummissjonar rispettiv.

Artikolu 3 2

2.   Abbażi tal-ħtiġijiet attwali għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027, il-Programm, minbarra li joħloq għarfien dwar il-proċess ta’ dekummissjonar nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-attivitajiet ta’ dekummissjonar, għandu l-għan b’mod partikolari:

(a)

li jassisti lill-Bulgarija u lis-Slovakkja fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ Kozloduy u l-programm ta’ Bohunice rispettivament, inkluż fir-rigward tal-ġestjoni u l-ħżin tal-iskart radjuattiv skont il-ħtiġijiet identifikati fil-pjan ta’ dekummissjonar rispettiv, b’enfasi speċifika fuq il-ġestjoni tal-isfidi tas-sikurezza fir-rigward tagħhom; u

(b)

li jappoġġa d-dekummissjonar tal-JRC u l-programm ta’ ġestjoni tal-iskart.

Artikolu 3 3

3.   L-objettivi speċifiċi tal-Programm huma dawn li ġejjin:

(a)

li jwettaq l-attivitajiet inklużi fil-pjanijiet ta’ dekummissjonar rispettivi, iż-żarmar u d-dekontaminazzjoni tal-Unitajiet 1, 2, 3 u 4 tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Kozloduy u l-Unitajiet 1 u 2 tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Bohunice, inkluż is-sistemi, l-istrutturi u l-komponenti assoċjati u l-bini awżiljarju, il-ġestjoni sikura tal-iskart radjuattiv skont il-ħtiġijiet identifikati fil-pjanijiet ta’ dekummissjonar rispettivi, u l-appoġġ għar-riżorsi umani; u li jsegwi r-rilaxx tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Kozloduy u l-Unitajiet 1 u 2 tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Bohunice mill-kontrolli regolatorji;

(b)

li jappoġġa l-pjan ta’ dekummissjonar u jwettaq l-attivitajiet f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti għaż-żarmar u d-dekontaminazzjoni tal-istallazzjonijiet nukleari tal-Kummissjoni fis-siti tal-JRC, li jwettaq il-ġestjoni sikura tal-iskart radjuattiv assoċjat u, fejn xieraq, li jħejji t-trasferiment fakultattiv tar-responsabbiltajiet nukleari relatati mill-JRC għall-Istat Membru ospitanti.

(c)

sabiex il-JRC jiżviluppa rabtiet u skambji fost il-partijiet ikkonċernati tal-Unjoni dwar id-dekummissjonar nukleari, bil-ħsieb li jiżgura d-disseminazzjoni tal-għarfien u r-ritorn tal-esperjenza fl-oqsma rilevanti kollha bħar-riċerka u l-innovazzjoni, ir-regolamentazzjoni, it-taħriġ u biex jiżviluppa sinerġiji potenzjali tal-Unjoni.

It-trasferiment imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu jenħtieġ li ma jiġi impost fuq l-ebda Stat Membru ospitanti u jenħtieġ li jkun soġġett għal ftehim bilaterali reċiproku konkluż bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri ospitanti. Dak il-ftehim bilaterali reċiproku jenħtieġ li jistipula li l-ispejjeż kollha tad-dekummissjonar tal-installazzjonijiet nukleari tal-Kummissjoni fis-siti tal-JRC u l-ħżin tal-iskart radjuattiv assoċjat jitħallsu mill-Unjoni u jenħtieġ li jkun konformi bis-sħiħ mad-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom;

Artikolu 3 4

4.   Deskrizzjoni dettaljata tal-objettivi speċifiċi hija stabbilita fl-Annessi I, II u III. Abbażi tar-riżultat tal-evalwazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 11, il-Kummissjoni tista’ temenda, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-Anness I jew II, f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 13(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.02.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0100
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.