|
+Artikolu 12 6. |
Artikolu 12 6.
►C2
Jekk debitament ġustifikat għal raġunijiet ta’ sigurtà, il-programm ta’ ħidma jista’ jipprevedi wkoll li l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiżi assoċjati u l-entitajiet ġuridiċi li jkunu stabbiliti fl-Unjoni iżda jkunu kkontrollati minn pajjiżi terzi jistgħu jkunu eliġibbli biex jipparteċipaw fl-azzjonijiet kollha jew f’xi wħud minnhom fl-ambitu tal-Objettivi Speċifiċi 1, 2 u 6 biss jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati minn dawk l-entitajiet ġuridiċi biex jiggarantixxu l-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri u biex jiżguraw il-protezzjoni tal-informazzjoni f’dokumenti kklassifikati. Dawk ir-rekwiżiti għandhom ikunu stabbiliti fil-programm ta’ ħidma. ◄
L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll, għal dak li għandu x’jaqsam mal-entitajiet ġuridiċi li huma stabbiliti fl-Unjoni iżda huma kkontrollati minn pajjiżi terzi, għall-azzjonijiet fl-ambitu tal-Objettiv Speċifiku 3 sabiex:
(a)
jimplimentaw is-Sistema Ewropea ta’ Allert għaċ-Ċibersigurtà fejn japplika l-paragrafu 5a; u
(b)
jimplimentaw ir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtàfil-każijiet fejn japplika l-paragrafu 5b. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|