+Artikolu 14 Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament tal-Unjoni
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.

Artikolu 14 Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament tal-Unjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.
Il-Programm għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju, jew b’ġestjoni indiretta billi ċerti kompiti ta’ implimentazzjoni jiġu fdati lill-korpi msemmija fl-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), tar-Regolament Finanzjarju, f’konformità mal-Artikoli 4 sa 8a ta’ dan ir-Regolament. Il-korpi fdati bl-implimentazzjoni tal-Programm jistgħu jitbiegħdu mir-regoli dwar il-parteċipazzjoni u t-tixrid stabbiliti f’dan ir-Regolament biss meta tali tluq ikun previst mill-att legali li jistabbilixxi dawk il-korpi jew li jafda kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit lilhom jew, għall-korpi msemmija fl-Artikolu 62(1), l-ewwel subaparagrafu, il-punt (c)(ii), (c)(iii) jew (c)(v), tar-Regolament Finanzjarju, fejn tali tbegħid ikun previst fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni u l-ħtiġijiet operattivi speċifiċi ta’ tali korpi jew in-natura tal-azzjoni jkunu jeħtieġu hekk.
Artikolu 14 2.
Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament fil-forom kollha stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, inkluż, b’mod partikolari, permezz tal-akkwist bħala forma primarja jew għotjiet u premjijiet.

Meta biex jintlaħaq l-objettiv ta’ xi azzjoni jkun hemm bżonn l-akkwist ta’ oġġetti u servizzi innovattivi, l-għotjiet jistgħu jingħataw biss lill-benefiċjarji li huma awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti kif definit fid-Direttivi 2014/24/UE ( 7 ) u 2014/25/UE ( 8 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Jekk il-forniment ta’ oġġetti jew servizzi innovattivi li għadhom mhumiex disponibbli fuq skala kummerċjali kbira huwa neċessarju biex jintlaħqu l-objettivi ta’ azzjoni, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’ tawtorizza l-għoti ta’ diversi kuntratti fl-ambitu tal-istess proċedura ta’ akkwist.

Għal raġunijiet debitament ġustifikati ta’ sigurtà pubblika, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’ teżiġi li l-post tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt ikun fit-territorju tal-Unjoni.

Meta jimplimentaw il-proċeduri tal-akkwist għar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà, il-Kummissjoni u l-ENISA jistgħu jaġixxu bħala korp ċentrali għall-akkwist biex jakkwistaw għall-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm jew f’isimhom f’konformità mal-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni u l-ENISA jistgħu jaġixxu wkoll bħala grossista, billi jixtru, jaħżnu u jbigħu mill-ġdid jew jagħtu f’donazzjoni provvisti u servizzi, inkluż il-kiri, lil dawk il-pajjiżi terzi. B’deroga mill-Artikolu 168(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), it-talba minn pajjiż terz wieħed għandha tkun biżżejjed biex tagħti mandat lill-Kummissjoni jew lill-ENISA biex taġixxi.

Meta jimplimentaw il-proċeduri tal-akkwist għar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà, il-Kummissjoni u l-ENISA jistgħu jaġixxu bħala korp ċentrali għall-akkwist biex jakkwistaw għall-istituzzjonijiet, għall-korpi, għall-uffiċċji jew għall-aġenziji tal-Unjoni jew f’isimhom. Il-Kummissjoni u l-ENISA jistgħu jaġixxu wkoll bħala grossista, billi jixtru, jaħżnu u jbigħu mill-ġdid jew jagħtu f’donazzjoni provvisti u servizzi, inkluż il-kiri, lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji jew lill-aġenziji tal-Unjoni. B’deroga mill-Artikolu 168(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509+, it-talba minn istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija individwali tal-Unjoni hi biżżejjed biex tagħti mandat lill-Kummissjoni jew lill-ENISA biex taġixxi.

Il-Programm jista’ jipprovdi wkoll finanzjament fil-forma ta’ strumenti finanzjarji f’operazzjonijiet ta’ taħlit.

Artikolu 14 3.
►C1  Kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni mutwa jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti minn riċevituri u għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti skont ir-Regolament Finanzjarju. ◄ Għandu japplika l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2021/695.
Artikolu 14 4.
Fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE)2023/1781 għandu japplika dak l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 23.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0694
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.