|
+Artikolu 14 2. |
Artikolu 14 2.Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament fil-forom kollha stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, inkluż, b’mod partikolari, permezz tal-akkwist bħala forma primarja jew għotjiet u premjijiet. Meta biex jintlaħaq l-objettiv ta’ xi azzjoni jkun hemm bżonn l-akkwist ta’ oġġetti u servizzi innovattivi, l-għotjiet jistgħu jingħataw biss lill-benefiċjarji li huma awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti kif definit fid-Direttivi 2014/24/UE ( 7 ) u 2014/25/UE ( 8 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Jekk il-forniment ta’ oġġetti jew servizzi innovattivi li għadhom mhumiex disponibbli fuq skala kummerċjali kbira huwa neċessarju biex jintlaħqu l-objettivi ta’ azzjoni, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’ tawtorizza l-għoti ta’ diversi kuntratti fl-ambitu tal-istess proċedura ta’ akkwist. Għal raġunijiet debitament ġustifikati ta’ sigurtà pubblika, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’ teżiġi li l-post tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt ikun fit-territorju tal-Unjoni. Meta jimplimentaw il-proċeduri tal-akkwist għar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà, il-Kummissjoni u l-ENISA jistgħu jaġixxu bħala korp ċentrali għall-akkwist biex jakkwistaw għall-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm jew f’isimhom f’konformità mal-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni u l-ENISA jistgħu jaġixxu wkoll bħala grossista, billi jixtru, jaħżnu u jbigħu mill-ġdid jew jagħtu f’donazzjoni provvisti u servizzi, inkluż il-kiri, lil dawk il-pajjiżi terzi. B’deroga mill-Artikolu 168(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), it-talba minn pajjiż terz wieħed għandha tkun biżżejjed biex tagħti mandat lill-Kummissjoni jew lill-ENISA biex taġixxi. Meta jimplimentaw il-proċeduri tal-akkwist għar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà, il-Kummissjoni u l-ENISA jistgħu jaġixxu bħala korp ċentrali għall-akkwist biex jakkwistaw għall-istituzzjonijiet, għall-korpi, għall-uffiċċji jew għall-aġenziji tal-Unjoni jew f’isimhom. Il-Kummissjoni u l-ENISA jistgħu jaġixxu wkoll bħala grossista, billi jixtru, jaħżnu u jbigħu mill-ġdid jew jagħtu f’donazzjoni provvisti u servizzi, inkluż il-kiri, lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji jew lill-aġenziji tal-Unjoni. B’deroga mill-Artikolu 168(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509+, it-talba minn istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija individwali tal-Unjoni hi biżżejjed biex tagħti mandat lill-Kummissjoni jew lill-ENISA biex taġixxi. Il-Programm jista’ jipprovdi wkoll finanzjament fil-forma ta’ strumenti finanzjarji f’operazzjonijiet ta’ taħlit. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|