+Artikolu 5 Baġit
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5
---+Artikolu 5 6

Artikolu 5 Baġit

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm LIFE għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun ta' EUR 5 432 000 000 f'termini ta' prezzijiet attwali.

Artikolu 5 2

2.   Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:

(a)

EUR 3 488 000 000 għall-qasam 'Ambjent', li minnhom

(i)

EUR 2 143 000 000 għas-sottoprogramm 'Natura u Bijodiversità', u

(ii)

EUR 1 345 000 000 għas-sottoprogramm 'Ekonomija Ċirkolari u Kwalità tal-Ħajja';

(b)

EUR 1 944 000 000 għall-qasam 'Azzjoni dwar il-Klima', li minnhom

(i)

EUR 947 000 000 għas-sottoprogramm 'Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima u Adattament Għalih', u

(ii)

EUR 997 000 000 għas-sottoprogramm 'Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa'.

Artikolu 5 3

3.   L-ammonti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 u fir-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 5 4

4.   Minkejja l-paragrafu 2, mill-inqas 60 % tar-riżorsi baġitarji allokati għal proġetti appoġġati permezz ta' għotjiet għal azzjoni fil-qasam 'Ambjent' imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 għandhom ikunu ddedikati għal għotjiet għal proġetti li jappoġġaw is-sottoprogramm 'Natura u Bijodiversità' msemmi fil-punt (a)(i) tal-paragrafu 2.

Artikolu 5 5

5.   Il-Programm LIFE jista' jiffinanzja attivitajiet ta' assistenza teknika u amministrattiva mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tiegħu, bħal attivitajiet preparatorji, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu u ta' evalwazzjoni, inkluż dwar sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattivi, u attivitajiet ta' netwerk li jappoġġaw il-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali tal-Programm LIFE, inkluż taħriġ, attivitajiet ta' tagħlim reċiproku u avvenimenti għall-qsim ta' esperjenza.

Artikolu 5 6

6.   Il-Programm LIFE jista' jiffinanzja attivitajiet implimentati mill-Kummissjoni b'sostenn għat-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-inklużjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent jew tal-klima jew dawk rilevanti fil-qasam tal-enerġija bil-għan li jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. Tali attivitajiet jistgħu jinkludu:

(a)

informazzjoni u komunikazzjoni, inklużi kampanji ta' sensibilizzazzjoni, u komunikazzjoni korporattiva fir-rigward tal-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni, kif ukoll fir-rigward tal-istatus ta' implimentazzjoni u traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent jew tal-klima jew dik rilevanti fil-qasam tal-enerġija;

(b)

studji, stħarriġiet, immudellar u bini ta' xenarji;

(c)

it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, il-verifika u l-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni, tal-politiki u tal-programmi, kif ukoll il-valutazzjoni u l-analiżi ta' proġetti mhux iffinanzjati mill-Programm LIFE, jekk dawn iservu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3;

(d)

workshops, konferenzi u laqgħat;

(e)

networking, u pjattaformi tal-aħjar prattiki;

(f)

attivitajiet oħra, bħal pereżempju l-għoti ta' premji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0783
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.