+Artikolu 11 1
|
Artikolu 11 1
1. Għandha tingħata prijorità lil persuni u entitajiet minn pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati, pajjiżi kandidati potenzjali u pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Il-parteċipazzjoni fl-akkwist, l-għotjiet u l-proċeduri ta’ għoti ta’ premjijiet għal azzjonijiet iffinanzjati fil-qafas tal-Istrument għandha tkun miftuħa għall-organizzazzjonijiet internazzjonali kif ukoll għall-entitajiet legali kollha li huma ċittadini tal-pajjiżi jew tat-territorji li ġejjin, jew, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, li huma wkoll stabbiliti b’mod effettiv fihom:
|
(a)
|
L-Istati Membri, il-benefiċjarji taħt l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III) stabbilit minn Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III), u l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (18);
|
|
(b)
|
il-pajjiżi sħab fiż-żona tal-Viċinat imsemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2021/947;
|
|
(c)
|
il-pajjiżi u t-territorji fil-fażi tal-iżvilupp, kif inklużi fil-lista ta’ benefiċjarji tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp ippubblikata mill-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (il-“lista ta’ benefiċjarji tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp”), li mhumiex membri tal-G20, u pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej kif definiti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (19);
|
|
(d)
|
il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, kif inklużi fil-lista ta’ benefiċjarji tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, li huma membri tal-G20, u għal pajjiżi u territorji oħra, meta l-proċedura rilevanti sseħħ fil-kuntest ta’ azzjoni ffinanzjata mill-Unjoni skont dan ir-Regolament li jipparteċipaw fiha;
|
|
(e)
|
il-pajjiżi li għalihom huwa stabbilit aċċess reċiproku għall-finanzjament estern mill-Kummissjoni;
|
|
(f)
|
il-pajjiżi membri tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, fil-każ ta’ kuntratti implimentati f’wieħed mill-pajjiżi l-anqas żviluppati jew f’pajjiż fqir b’ħafna dejn, kif inklużi fil-lista ta’ riċevituri tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp;
|
|
(g)
|
pajjiżi terzi li fihom jitwettqu l-attivitajiet kif previsti fil-programmi indikattivi pluriennali, fil-pjanijiet ta’ azzjoni jew fil-miżuri speċifiċi.
|
L-aċċess reċiproku msemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu jista’ jingħata, għal perijodu limitat ta’ mhux inqas minn sena, kull meta pajjiż jirrikonoxxi eliġibbiltà fuq termini ugwali lil entitajiet mill-Unjoni u minn pajjiżi eliġibbli skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-aċċess reċiproku u dwar id-durata tiegħu wara konsultazzjoni mal-pajjiż jew pajjiżi riċevituri kkonċernati.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.06.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0948
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|