+Artikolu 4 Riżorsi mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.

Artikolu 4 Riżorsi mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2020/2094 għandhom jiġu implimentati skont dan ir-Regolament b’ammont ta’ EUR 10 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018 kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 109(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060 u soġġett għall-Artikolu3(3), (4), (7) u (9) tar-Regolament (UE) 2020/2094.

Dan l-ammont għandu jitqies bħala riżorsi oħra kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-Regolament. Kif previst fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2020/2094, dan l-ammont għandu jikkostitwixxi dħul assenjat estern għall-fini tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 4 2.

L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jsir disponibbli għal impenn baġitarju taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir għas-snin 2021 sa 2023, flimkien mar-riżorsi stabbiliti fl-Artikolu 3, kif ġej:

— 
2021: EUR 2 000 000 000 ;
— 
2022: EUR 4 000 000 000 ;
— 
2023: EUR 4 000 000 000 .

Ammont ta’ EUR 15 600 000 fi prezzijiet tal-2018 għandu jkun disponibbli għan-nefqa amministrattiva mir-riżorsi msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 4 3.
It-tqassim annwali tal-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mill-Istati Membri għandu jiġi inkluż fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 3(4) skont l-allokazzjonijiet stipulati fl-Anness I.
Artikolu 4 4.
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 14(3) tar-Regolament Finanzjarju, ir-regoli tad-diżimpenn stipulati fil-Kapitolu IV tat-Titolu VII tar-Regolament (UE) 2021/1060 għandhom japplikaw għall-impenji baġitarji li huma bbażati fuq ir-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Permezz ta’ deroga mill-punt (c) tal-Artikolu 12(4) tar-Regolament Finanzjarju, dawn ir-riżorsi ma għandhomx jintużaw għal programm jew azzjoni suċċessiva.
Artikolu 4 5.
Il-pagamenti għall-programmi għandhom jiġu assenjati lill-impenn miftuħ l-aktar bikri tal-JTF, billi l-ewwel jibdew bl-impenji mir-riżorsi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 sakemm dawn jiġu eżawriti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.09.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1056
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.