Fejn, skont l-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-Regolament, ir-riżorsi għall-JTF jiżdiedu wara l-31 ta’ Diċembru 2024, ir-riżorsi addizzjonali għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, abbażi tat-tibdil fl-emissjonijiet ta’ gass serra tal-faċilitajiet industrijali tagħhom fil-perijodu mis-sena 2018 sal-aħħar sena li għaliha tkun disponibbli d-
data, kif irrapportata skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
). Il-bidla fl-emissjonijiet ta’ gass serra ta’ kull Stat Membru għandha tiġi kkalkulata billi jiġu aggregati l-emissjonijiet ta’ gass serra ta’ dawk ir-reġjuni tan-NUTS livell 3 biss li jkunu ġew identifikati fil-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta skont l-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-Regolament.
L-allokazzjoni ta’ riżorsi addizzjonali għal kull Stat Membru għandha tiġi determinata skont dan li ġej: