|
+Artikolu 5 2. |
Artikolu 5 2.Fejn, skont l-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-Regolament, ir-riżorsi għall-JTF jiżdiedu wara l-31 ta’ Diċembru 2024, ir-riżorsi addizzjonali għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, abbażi tat-tibdil fl-emissjonijiet ta’ gass serra tal-faċilitajiet industrijali tagħhom fil-perijodu mis-sena 2018 sal-aħħar sena li għaliha tkun disponibbli d-data, kif irrapportata skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
). Il-bidla fl-emissjonijiet ta’ gass serra ta’ kull Stat Membru għandha tiġi kkalkulata billi jiġu aggregati l-emissjonijiet ta’ gass serra ta’ dawk ir-reġjuni tan-NUTS livell 3 biss li jkunu ġew identifikati fil-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta skont l-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-Regolament. L-allokazzjoni ta’ riżorsi addizzjonali għal kull Stat Membru għandha tiġi determinata skont dan li ġej:
(a)
għall-Istati Membri li kisbu tnaqqis fil-missjonijiet tal-gass serra, it-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gass serra miksub minn kull Stat Membru għandu jiġi kkalkulat billi l-livell tal-emissjonijiet ta’ gass serra tal-aħħar sena ta’ referenza jiġi espress bħala perċentwal tal-emissjonijiet ta’ gass serra osservati fl-2018; għall-Istati Membri li ma jkunux kisbu tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gass serra, dak il-perċentwal għandu jiġi stabbilit għal 100 %;
(b)
is-sehem finali għal kull Stat Membru għandu jinkiseb billi l-ishma nazzjonali stabbiliti fl-Anness I jiġu diviżi bil-perċentwali li jirriżultaw mill-punt (a); u
(c)
ir-riżultat mill-kalkolu taħt il-punt (b) għandu jiġi riklassifikat sabiex jammonta għal 100 %. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|