|
+ANNESS II MUDELL GĦALL-PJANIJIET TERRITORJALI GĦAL TRANŻIZZJONI ĠUSTA |
ANNESS II MUDELL GĦALL-PJANIJIET TERRITORJALI GĦAL TRANŻIZZJONI ĠUSTA
ANNESS II MUDELL GĦALL-PJANIJIET TERRITORJALI GĦAL TRANŻIZZJONI ĠUSTA 1. Ħarsa ġenerali lejn il-proċess ta’ tranżizzjoni u l-identifikazzjoni tal-aktar territorji milquta b’mod negattiv fl-Istat Membru Il-kaxxa tat-test [12000] Referenza: il-punt (a) tal-Artikolu 11(2) 1.1. Deskrizzjoni tal-proċess ta’ tranżizzjoni mistenni lejn il-miri tal-Unjoni għall-2030 dwar l-enerġija u l-klima u ekonomija tal-Unjoni newtrali għall-klima sal-2050, f’konformità mal-objettivi tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u pjanijiet oħra ta’ tranżizzjoni eżistenti bi skeda ta’ żmien għall-waqfien jew it-tnaqqis tal-attivitajiet bħall-estrazzjoni tal-faħam u tal-linjite jew il-produzzjoni tal-elettriku bil-faħam Referenza: il-punt (b) tal-Artikolu 11(2) 1.2. L-identifikazzjoni tat-territorji li mistennija jkunu l-aktar milquta b’mod negattiv u ġustifikazzjoni ta’ din l-għażla bl-istima korrispondenti tal-impatti ekonomiċi u fuq l-impjiegi abbażi tad-deskrizzjoni tat-Taqsima 1.1 Referenza: Artikolu 6 1.3. L-identifikazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer bi sfidi speċifiċi fit-territorji elenkati fit-Taqsima 1.1 u l-ammonti speċifiċi allokati għal dawk it-territorji b’ġustifikazzjoni korrispondenti 2. Valutazzjoni tal-isfidi ta’ tranżizzjoni, għal kull wieħed mit-territorji identifikati 2.1. Valutazzjoni tal-impatt ekonomiku, soċjali u territorjali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija tal-Unjoni newtrali għall-klima sal-2050 Referenza: il-punt (c) tal-Artikolu 11(2) Il-kaxxa tat-test [12000] L-identifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi u s-setturi industrijali milquta, li tiddistingwi:
—
setturi li sejrin lura, li huma mistennija jieqfu jew inaqqsu b’mod sinifikanti l-attivitajiet tagħhom relatati mat-tranżizzjoni, inkluża skeda ta’ żmien korrispondenti;
—
it-trasformazzjoni tas-setturi, li mistennija jgħaddu minn trasformazzjoni tal-attivitajiet, il-proċessi u l-outputs tagħhom.
Għal kull wieħed miż-żewġ tipi ta’ setturi:
—
it-telf mistenni ta’ impjiegi u l-ħtiġijiet ta’ kwalifikazzjoni mill-ġdid, filwaqt li jitqiesu l-previżjonijiet tal-ħiliet;
—
il-potenzjal ta’ diversifikazzjoni ekonomika u l-opportunitajiet ta’ żvilupp.
2.2. Il-ħtiġijiet u l-objettivi tal-iżvilupp sal-2030 bil-ħsieb li tinkiseb ekonomija tal-Unjoni newtrali għall-klima sal-2050 Referenza: il-punt (d) tal-Artikolu 11(2) Il-kaxxa tat-test [6000]
—
Il-ħtiġijiet tal-iżvilupp li jindirizza l-isfidi tat-tranżizzjoni;
—
L-objettivi u r-riżultati mistennija permezz tal-implimentazzjoni tal-prijorità tal-JTF, inkluż il-kontribut mistenni f’termini ta’ ħolqien u preservazzjoni tal-impjiegi.
2.3. Il-konsistenza ma’ strateġiji u pjanijiet rilevanti nazzjonali, reġjonali jew territorjali oħra Referenza: il-punt (e) tal-Artikolu 11(2) Il-kaxxa tat-test [6000]
—
Strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti;
—
Strateġiji territorjali msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2021/...;
—
Pjanijiet ta’ żvilupp reġjonali jew nazzjonali oħra.
2.4. Tipi ta’ operazzjonijiet previsti Il-kaxxa tat-test [12000] Referenza: il-punt (g) tal-Artikolu 11(2)
—
tip ta’ operazzjonijiet previsti u l-kontribut mistenni tagħhom biex jittaffa l-impatt tat-tranżizzjoni
Referenza: il-punt (h) tal-Artikolu 11(2) Għandha timtela biss jekk jingħata appoġġ lil investimenti produttivi f’intrapriżi għajr l-SMEs:
—
lista indikattiva tal-operazzjonijiet u l-intrapriżi li għandhom jiġi appoġġati u għal kull waħda minnhom ġustifikazzjoni tan-neċessità ta’ tali appoġġ, inkluż permezz, fejn meħtieġ għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, ta’ analiżi tal-lakuni li turi li t-telf mistenni ta’ impjiegi jaqbeż l-għadd mistenni ta’ impjiegi maħluqa fin-nuqqas tal-investiment
Aġġorna jew imla’ din it-taqsima permezz tar-reviżjoni tal-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta, skont id-deċiżjoni biex jingħata tali appoġġ. Referenza: il-punt (i) tal-Artikolu 11(2); Għandha timtela biss jekk jingħata sostenn lil investimenti biex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE:
—
lista ta’ operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati u ġustifikazzjoni li dawn jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u jwasslu għal tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jmorru ħafna taħt il-parametri referenzjarji rilevanti stabbiliti għall-allokazzjoni bla ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE u sakemm ikunu meħtieġa għall-protezzjoni ta’ għadd sinifikanti ta’ impjiegi
Aġġorna jew imla din it-taqsima permezz tar-reviżjoni tal-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta, skont id-deċiżjoni li jiġi pprovdut tali appoġġ. Referenza: il-punt (j) tal-Artikolu 11(2)
—
sinerġiji u komplementarjetajiet tal-operazzjonijiet previsti ma’ programmi rilevanti oħra tal-Unjoni taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir (appoġġ għall-proċess ta’ tranżizzjoni), strumenti oħra ta’ finanzjament (il-Fond tal-Unjoni għall-Modernizzazzjoni tal-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet) biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ żvilupp identifikati
Referenza: il-punt (k) tal-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 11(5)
—
sinerġiji u komplementarjetajiet mal-appoġġ ippjanat mill-pilastri l-oħra tal-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta
—
setturi u oqsma tematiċi previsti li jiġu appoġġati taħt il-pilastri l-oħra
3. Mekkaniżmi ta’ governanza Referenza: il-punt (f) tal-Artikolu 11(2) Il-kaxxa tat-test [5000] 3.1. Sħubija
—
Arranġamenti għall-involviment ta’ sħab fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-pjan territorjali għal tranżizzjoni ġusta;
—
L-eżitu tal-konsultazzjoni pubblika
3.2. Monitoraġġ u evalwazzjoni
—
Miżuri ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni ppjanati, inklużi indikaturi li jkejlu l-kapaċità tal-pjan li jilħaq l-objettivi tiegħu
3.3. Korp/korpi ta’ koordinazzjoni u ta’ monitoraġġ Korp jew korpi responsabbli għall-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-pjan u r-rwol tagħhom 4. Indikaturi tal-output jew tar-riżultat speċifiċi għal programm Referenza: Artikolu 12(1) Għandha timtela biss jekk ikunu previsti indikaturi speċifiċi għal programm:
—
ġustifikazzjoni għall-ħtieġa ta’ indikaturi tal-output jew tar-riżultat speċifiċi għal programm ibbażati fuq it-tipi ta’ operazzjonijiet previsti
Tabella 1. Indikaturi tal-output
Tabella 2. Indikaturi tar-riżultati
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|