+Artikolu 16 Użu tas-supercomputers tal-EuroHPC
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 1a.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 2a.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.

Artikolu 16 Użu tas-supercomputers tal-EuroHPC

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.
Mingħajr preġudizzju tal-Artikolu 17(9), l-użu tas-supercomputers tal-EuroHPC għandu jkun miftuħ għal utenti mis-setturi pubbliċi u privati. Ħlief għas-supercomputers tal-EuroHPC ta’ grad industrijali, l-użu tagħhom għandu jkun primarjament għal finijiet ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni li jaqgħu taħt il-programmi ta’ finanzjament pubbliku, għal applikazzjonijiet tas-settur pubbliku u għal attivitajiet privati ta’ innovazzjoni tal-SMEs, l-istartups u l-iscaleups, fejn xieraq.
Artikolu 16 1a.
Is-supercomputers ottimizzati permezz tal-IA u s-supercomputers tal-EuroHPC aġġornati għall-kapaċitajiet tal-IA għandhom jintużaw primarjament għall-iżvilupp, l-ittestjar, l-evalwazzjoni u l-validazzjoni ta’ mudelli tat-taħriġ ta’ IA bi skop ġenerali u fuq skala kbira u għal applikazzjonijiet emerġenti tal-IA, kif ukoll għall-iżvilupp ulterjuri ta’ soluzzjonijiet tal-IA fl-Unjoni li jeħtieġu Computing ta’ Prestazzjoni Għolja u l-eżekuzzjoni ta’ algoritmi tal-IA fuq skala kbira biex jissolvew problemi tax-xjenza.
Artikolu 16 2.
Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddefinixxi l-kondizzjonijiet ġenerali ta’ aċċess għall-użu tas-supercomputers tal-EuroHPC f’konformità mal-Artikolu 17 u jista’ jiddefinixxi kondizzjonijiet speċifiċi ta’ aċċess għal tipi differenti ta’ utenti jew ta’ applikazzjonijiet. Is-sigurtà u l-kwalità tas-servizz għandhom ikunu l-istess għall-utenti kollha f’kull kategorija ta’ utenti, ħlief għas-supercomputers tal-EuroHPC ta’ grad industrijali, li s-sigurtà u l-kwalità tas-servizz tagħhom għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti industrijali, f’konformità mal-Artikolu 13(1).
Artikolu 16 2a.
Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddefinixxi kundizzjonijiet speċjali tal-aċċess għas-supercomputers ottimizzati permezz tal-IA u għas-supercomputers tal-EuroHPC aġġornati għall-kapaċitajiet tal-IA f’konformità mal-Artikolu 17, filwaqt li jqis il-ħtiġijiet speċifiċi tal-ekosistema tan-negozji ġodda fil-qasam tal-IA u tal-ekosistema tar-riċerka u l-innovazzjoni. Dawk għandhom jinkludu aċċess iddedikat għan-negozji ġodda u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Għall-aċċess għandhom ikunu eliġibbli biss il-proposti għall-iżvilupp ta’ mudelli, sistemi u applikazzjonijiet tal-IA affidabbli u etiċi li jkunu konformi mal-valuri tal-Unjoni.
Artikolu 16 3.
L-utenti li jkunu residenti, stabbiliti jew li jinsabu fi Stat Membru jew f’pajjiż terz assoċjat ma’ Orizzont 2020 għandhom jingħataw aċċess għas-sehem tal-ħin ta’ aċċess tal-Unjoni tas-supercomputers akkwistati mill-Impriża Konġunta EuroHPC stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1488.
Artikolu 16 4.
L-utenti li jkunu residenti, stabbiliti jew li jinsabu fi Stat Membru jew f’pajjiż terz assoċjat mal-Programm Ewropa Diġitali jew mal-Orizzont Ewropa għandhom jingħataw is-sehem tal-Unjoni tal-ħin ta’ aċċess għas-supercomputers tal-EuroHPC akkwistati wara l-2020.
Artikolu 16 5.
F’każijiet debitament ġustifikati, filwaqt li jittieħed kont tal-interessi tal-Unjoni, il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddeċiedi li jagħti l-ħin ta’ aċċess għas-supercomputers tal-EuroHPC lil entitajiet li jkunu residenti, stabbiliti jew li jinsabu f’xi pajjiż terz u lil organizzazzjonijiet internazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1173
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.