+Artikolu 1 Is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 1 1
---+Artikolu 1 2
---+Artikolu 1 3
---+Artikolu 1 4
---+Artikolu 1 5

Artikolu 1 Is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1

1.   Dan ir-Regolament jipprevedi approċċ komuni biex jiżgura li l-utenti tan-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli, meta jkunu qegħdin jivvjaġġaw fl-Unjoni, ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi roaming madwar l-Unjoni meta mqabbla mal-prezzijiet nazzjonali kompetittivi, meta jagħmlu u jirċievu telefonati, meta jibagħtu u jirċievu messaġġi SMS u meta jużaw servizzi ta’ pakkett ta’ komunikazzjoni ta’ data trażmessa.

Dan ir-Regolament b’hekk jikkontribwixxi għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern filwaqt li jikseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, protezzjoni tad-data, privatezza u fiduċja, irawwam il-kompetizzjoni, l-indipendenza u t-trasparenza fis-suq u joffri inċentivi għall-innovazzjoni, l-għażla lill-konsumaturi u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà, filwaqt li jikkonforma bis-sħiħ mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-aċċess bl-ingrossa għal networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli għall-finijiet ta’ forniment ta’ servizzi tar-roaming regolati. Japplika kemm għat-tariffi mitluba mill-operaturi tan-networks fil-livell bl-ingrossa u anki għat-tariffi mitluba mill-fornituri tar-roaming fil-livell bl-imnut.

Artikolu 1 2

2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli mmirati biex tiżdied it-trasparenza u jitjieb l-għoti tal-informazzjoni dwar it-tariffi lill-utenti tas-servizzi tar-roaming, inklużi l-utenti ta’ servizzi tar-roaming mhux regolati f’pajjiżi terzi. Huwa jżid ukoll it-trasparenza għall-utenti ta’ servizzi tar-roaming mhux regolati meta dawn jikkonnettjaw ma’ network pubbliku ta’ komunikazzjoni mobbli mhux terrestri, bħal abbord bastimenti jew inġenji tal-ajru, fejn applikabbli.

Artikolu 1 3

3.   It-tariffi massimi stabbiliti f’dan ir-Regolament huma espressi bl-ewro.

Artikolu 1 4

4.   Meta t-tariffi massimi skont l-Artikoli 8 sa 11 huma denominati b’muniti għajr l-ewro, il-valuri jridu jiġu ddeterminati billi tiġi applikata l-medja tar-rati tal-kambju ta’ referenza ppubblikati fil-15 ta’ Jannar, fil-15 ta’ Frar u fil-15 ta’ Marzu tas-sena kalendarja rilevanti mill-Bank Ċentrali Ewropew f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għat-tariffi massimi, il-limiti f’muniti għajr l-ewro għandhom jiġu riveduti kull sena mill-2023. Il-limiti riveduti kull sena f’dawk il-muniti għandhom japplikaw mill-15 ta’ Mejju.

Artikolu 1 5

5.   Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-assenjazzjoni ta’ kompiti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra skont id-Direttiva (UE) 2018/1972, inklużi r-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tal-Parti III, Titolu III ta’ dik id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.04.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0612
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.