4. Meta t-tariffi massimi skont l-Artikoli 8 sa 11 huma denominati b’muniti għajr l-ewro, il-valuri jridu jiġu ddeterminati billi tiġi applikata l-medja tar-rati tal-kambju ta’ referenza ppubblikati fil-15 ta’ Jannar, fil-15 ta’ Frar u fil-15 ta’ Marzu tas-sena kalendarja rilevanti mill-Bank Ċentrali Ewropew f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għat-tariffi massimi, il-limiti f’muniti għajr l-ewro għandhom jiġu riveduti kull sena mill-2023. Il-limiti riveduti kull sena f’dawk il-muniti għandhom japplikaw mill-15 ta’ Mejju.