+Artikolu 7 Implimentazzjoni tal-mekkaniżmu tal-politika ta’ użu ġust u tas-sostenibbiltà
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
---+Artikolu 7 5

Artikolu 7 Implimentazzjoni tal-mekkaniżmu tal-politika ta’ użu ġust u tas-sostenibbiltà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1

1.   Biex tiżgura applikazzjoni konsistenti tal-Artikoli 5 u 6, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-BEREC, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar dan li ġej:

(a)

l-applikazzjoni ta’ politiki ta’ użu ġust;

(b)

il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut bi prezzijiet domestiċi; u

(c)

l-applikazzjoni li jrid iressaq il-fornitur tar-roaming għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fil-punt (b).

L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 20(2).

Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-BEREC, tirrieżamina l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu perjodikament fid-dawl tal-iżviluppi fis-suq.

Artikolu 7 2

2.   Meta tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-politiki ta’ użu ġust, il-Kummissjoni għandha tqis dan li ġej:

(a)

l-evoluzzjoni tax-xejriet tal-prezzijiet u tal-konsum fl-Istati Membri;

(b)

il-livell ta’ konverġenza tal-livelli tal-prezzijiet domestiċi madwar l-Unjoni;

(c)

ix-xejriet tal-ivvjaġġar fl-Unjoni;

(d)

kwalunkwe riskju ċar ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u inċentivi ta’ investiment fis-swieq domestiċi u miżjura.

Artikolu 7 3

3.   Il-Kummissjoni għandha tibbaża l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c) fuq dan li ġej:

(a)

id-determinazzjoni tal-kostijiet ġenerali effettivi u mbassra tiegħu għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati b’referenza għat-tariffi effettivi tar-roaming bl-ingrossa għat-traffiku żbilanċjat u sehem raġonevoli tal-kostijiet konġunti u komuni meħtieġa għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati;

(b)

id-determinazzjoni tad-dħul effettiv u mbassar ġenerali mill-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati;

(c)

il-konsum tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati u l-konsum domestiku mill-klijenti tal-fornitur tar-roaming;

(d)

il-livell tal-kompetizzjoni, tal-prezzijiet u tad-dħul fis-suq domestiku, u kwalunkwe riskju ċar li r-roaming bi prezzijiet bl-imnut domestiċi jaffettwa b’mod sinifikanti l-evoluzzjoni ta’ dawn il-prezzijiet.

Artikolu 7 4

4.   L-awtorità regolatorja nazzjonali u, fejn applikabbli għall-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilhom mil-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2018/1972, awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jimmonitorjaw u jissorveljaw b’mod strett l-applikazzjoni ta’ politiki ta’ użu ġust. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timmonitorja u tissorvelja b’mod strett l-applikazzjoni tal-miżuri dwar is-sostenibbiltà tal-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut bi prezzijiet domestiċi, filwaqt li tqis bir-reqqa l-fatturi oġġettivi rilevanti speċifiċi għall-Istat Membru kkonċernat u l-varjazzjonijiet oġġettivi rilevanti bejn il-fornituri tar-roaming. Mingħajr preġudizzju għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6(3), l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha, tinforza fil-ħin, ir-rekwiżiti tal-Artikoli 5 u 6 u l-atti ta’ implimentazzjoni previsti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ titlob fi kwalunkwe ħin lill-fornitur tar-roaming jemenda t-tariffa supplimentari jew iwaqqafha jekk din ma tkunx tikkonforma mal-Artikoli 5 jew 6.

Awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jinfurzaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5 u tal-atti ta’ implimentazzjoni li huma rilevanti għall-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilhom mil-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2018/1972, skont il-każ.

Kull sena, l-awtorità regolatorja nazzjonali u, fejn applikabbli, awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 5 u 6, u ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 7 5

5.   Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2286 għandu jibqa’ japplika sad-data tal-applikazzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni ġdid adottat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.04.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0612
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.