1. Mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu, meta fornitur tar-roaming japplika tariffa supplimentari għall-konsum ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati li taqbeż il-limiti skont xi politika ta’ użu ġust, dan għandu jissodisfa dawn ir-rekwiżiti, għajr il-VAT:
|
(a)
|
kwalunkwe tariffa supplimentari applikata għat-telefonati tar-roaming regolati magħmula, il-messaġġi SMS tar-roaming regolati mibgħuta u servizzi tar-roaming regolati tad-data ma għandhiex taqbeż it-tariffi massimi bl-ingrossa previsti fl-Artikoli 9(2), 10(1) u 11(1), rispettivament;
|
|
(b)
|
kwalunkwe tariffa supplimentari applikata għat-telefonati tar-roaming regolati riċevuti ma għandhiex taqbeż ir-rati massimi uniċi għaat-terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni stabbiliti għal dik is-sena f’konformità mal-Artikolu 75(1) tad-Direttiva (UE) 2018/1972.
|
Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, meta l-Kummissjoni tiddeċiedi, wara r-rieżami tagħha tal-att delegat adottat skont l-Artikolu 75(1) tad-Direttiva (UE) 2018/1972, li l-iffissar ta’ rata għat-terminazzjoni ta’ telefonati madwar l-Unjoni ma għadux meħtieġ u tiddeċiedi li ma timponix rata massima għat-terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile, kwalunkwe tariffa supplimentari applikata għat-telefonati tar-roaming regolati riċevuti ma għandhiex taqbeż ir-rata stabbilita fl-aktar att delegat riċenti adottat skont l-Artikolu 75 ta’ dik id-Direttiva.
Il-fornituri tar-roaming ma għandhom japplikaw l-ebda tariffa supplimentari għall-messaġġi SMS tar-roaming regolati riċevuti jew għall-messaġġi voicemail tar-roaming riċevuti. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għal tariffi applikabbli oħra bħal dawk għas-smigħ ta’ dawk il-messaġġi.
Il-fornituri tar-roaming għandhom jimponu tariffi għat-telefonati tar-roaming magħmula u riċevuti abbażi ta’ kull sekonda. Il-fornituri tar-roaming jistgħu japplikaw perjodu minimu inizjali ta’ tariffar li ma jkunx jaqbeż it-30 sekonda għat-telefonati magħmula. Il-fornituri tar-roaming għandhom jimponu tariffa fuq il-klijenti tagħhom għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming regolati tad-data abbażi ta’ kull kilobyte, għajr għall-messaġġi MMS li jistgħu jiġu ttariffati abbażi ta’ kull unità. F’każ bħal dan, it-tariffa bl-imnut li fornitur tar-roaming jista’ jimponi fuq il-klijent tar-roaming tiegħu għat-trażmissjoni jew il-wasla ta’ messaġġ MMS tar-roaming ma għandhiex taqbeż it-tariffa bl-imnut massima għas-servizzi tar-roaming regolati tad-data stabbilita fl-ewwel subparagrafu.