6. Il-fornituri tar-roaming għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jipproteġu lill-klijenti tagħhom milli jħallsu tariffi addizzjonali għal telefonati bil-vuċi u messaġġi SMS għall-konnessjoni involontarja ma’ networks mobbli pubbliċi mhux terrestri, pereżempju billi tingħata l-possibbiltà lill-klijenti tar-roaming li ma jikkonnettjawx ma’ networks mhux terrestri. Meta jiġi offrut mekkaniżmu ta’ rinunzja fakultattiva bħal dan, il-klijenti tar-roaming għandu jkollhom id-dritt li ma jużawx networks mhux terrestri fi kwalunkwe ħin, faċilment u mingħajr ħlas u li jitolbu li l-konnessjoni terġa’ tiġi stabbilita ma’ dawn in-networks.