+Artikolu 15 Trasparenza fir-rigward tal-mezzi ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
|
Artikolu 15 Trasparenza fir-rigward tal-mezzi ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza
Il-fornituri tar-roaming għandhom jiżguraw li l-klijenti tar-roaming tagħhom jinżammu infurmati kif xieraq dwar il-mezzi ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza fl-Istat Membru miżjur.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 2
|
Il-fornitur tar-roaming għandu jinforma lill-klijenti tar-roaming, permezz ta’ messaġġ awtomatiku, li dawn tal-aħħar jistgħu jaċċessaw is-servizzi ta’ emerġenza mingħajr ħlas billi jċemplu n-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112”. Dak il-messaġġ għandu jipprovdi wkoll lill-klijenti tar-roaming b’link għall-aċċess, mingħajr ħlas, ta’ paġna web speċifika dwar dan, li tkun aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà u li tipprovdi informazzjoni dwar mezzi alternattivi ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza permezz ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza obbligatorji fl-Istat Membru miżjur. L-informazzjoni għandha tintbagħat lill-apparat mobbli tal-klijenti tar-roaming b’messaġġ SMS, jew fejn neċessarju permezz ta’ mezz xieraq adattat biex jiffaċilita l-wasla u l-fehim tagħha kull darba li l-klijenti tar-roaming jidħlu fi Stat Membru differenti minn dak tal-fornitur domestiku tiegħu. L-informazzjoni għandha tingħata mingħajr ħlas;
|
|
Artikolu 15 3
|
Fl-Istati Membri fejn jiġu varati applikazzjonijiet mobbli ta’ twissija pubblika, jekk link għal dik l-applikazzjoni tiġi rrapportata mill-Istat Membru miżjur fil-bażi tad-data stabbilita fis-sens tal-Artikolu 16, l-ewwel paragrafu, punt (b), il-fornituri tar-roaming għandhom jinkludu, fil-messaġġ imsemmi fit-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu, l-informazzjoni li tindika li t-twissijiet pubbliċi jistgħu jaslu permezz ta’ applikazzjoni mobbli ta’ twissija pubblika. Link għall-applikazzjoni mobbli ta’ twissija pubblika u l-istruzzjonijiet għat-tniżżil tagħha għandhom jiġu pprovduti fil-paġna web speċifika, imsemmija fit-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.04.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0612
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|