3. Meta fornitur ta' servizzi jiddeżinja diversi stabbilimenti deżinjati jew jaħtar diversi rappreżentanti legali f'konformità mal-Artikolu 3(1), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali fornituri ta' servizzi jispeċifikaw, fin-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-kamp ta' applikazzjoni territorjali preċiż tad-deżinjazzjoni jew ħatra ta' dawk l-istabbilimenti deżinjati jew ir-rappreżentanti legali. In-notifika għandha tispeċifika l-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri li bihom kull wieħed mill-istabbilimenti deżinjati jew mir-rappreżentanti legali jista' jiġi indirizzat.