+Artikolu 4 Notifiki u lingwi
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
|
Artikolu 4 Notifiki u lingwi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull fornitur ta' servizzi li jkun stabbilit jew li joffri servizzi fit-territorju tagħhom jinnotifika bil-miktub lill-awtorità ċentrali, kif iddeżinjat skont l-Artikolu 6, tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-istabbiliment deżinjat tiegħu jew fejn jirrisjedi r-rappreżentant legali tiegħu, bid-dettalji ta' kuntatt għal dak l-istabbiliment jew ir-rappreżentant legali tiegħu, u bi kwalunkwe tibdil fihom.
|
|
Artikolu 4 2
|
2. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 (15), li biha jew bihom ir-rappreżentant legali jew l-istabbiliment deżinjat jista' jiġi indirizzat. Dawk il-lingwi għandhom jinkludu lingwa waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali kif stipulat fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-istabbiliment deżinjat jew fejn ikun jirrisjedi r-rappreżentant legali.
|
|
Artikolu 4 3
|
3. Meta fornitur ta' servizzi jiddeżinja diversi stabbilimenti deżinjati jew jaħtar diversi rappreżentanti legali f'konformità mal-Artikolu 3(1), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali fornituri ta' servizzi jispeċifikaw, fin-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-kamp ta' applikazzjoni territorjali preċiż tad-deżinjazzjoni jew ħatra ta' dawk l-istabbilimenti deżinjati jew ir-rappreżentanti legali. In-notifika għandha tispeċifika l-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri li bihom kull wieħed mill-istabbilimenti deżinjati jew mir-rappreżentanti legali jista' jiġi indirizzat.
|
|
Artikolu 4 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni nnotifikata lilhom f'konformità ma' dan l-Artikolu tkun disponibbli għall-pubbliku fuq paġna web apposta tan-Network Ġudizzjarju Ewropew f'materji kriminali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dik l-informazzjoni tiġi aġġornata regolarment. Dik l-informazzjoni tista' tiġi disseminata ulterjorment biex tiffaċilita l-aċċess mill-awtoritajiet kompetenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1544
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|