+Artikolu 4 5.

Artikolu 4 5.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta li l-kontribut kollettiv tal-Istati Membri jkun tal-anqas ugwali għall-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-konsum finali tal-enerġija stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Meta l-Kummissjoni tikkonkludi li dan mhuwiex biżżejjed, bħala parti mill-valutazzjoni tagħha tal-abbozz tal-pjanijiet nazzjonali aġġornati dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999 jew sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2024, filwaqt li tqis ix-Xenarju ta’ Referenza tal-UE aġġornat tal-2020 skont dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lil kull Stat Membru kontribut nazzjonali indikattiv ikkoreġut tal-effiċjenza enerġetika għall-konsum finali tal-enerġija abbażi ta’:

(a) 

il-bqija tat-tnaqqis kollettiv tal-konsum finali tal-enerġija meħtieġ biex tintlaħaq il-mira vinkolanti tal-Unjoni stabbilita fil-paragrafu 1;

(b) 

l-intensità relattiva tal-GHG għal kull unità tal-PDG fl-2019 fost l-Istati Membri kkonċernati;

(c) 

il-PDG ta’ dawk l-Istati Membri fl-2019.

Qabel ma tapplika l-formula fl-Anness I għall-mekkaniżmu stabbilit f’dan il-paragrafu u sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2023, il-Kummissjoni għandha taġġorna x-Xenarju ta’ Referenza tal-UE tal-2020 abbażi tal-aħħar data tal-Eurostat irrappurtata mill-Istati Membri, f’konformità mal-Artikolu 4(2)(b) u l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Minkejja l-Artikolu 37 ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri li jixtiequ jaġġornaw il-kontributi nazzjonali indikattivi tagħhom tal-effiċjenza enerġetika skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, bl-użu tax-Xenarju ta’ Referenza tal-UE aġġornat tal-2020, għandhom jinnotifikaw il-kontribut nazzjonali indikattiv aġġornat tagħhom tal-effiċjenza enerġetika sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Frar 2024. Meta Stat Membru jkun jixtieq jaġġorna l-kontribut nazzjonali indikattiv tiegħu tal-effiċjenza enerġetika, huwa għandu jiżgura li l-kontribut tiegħu f’Mtoe ma jkunx aktar minn 2.5 % ogħla minn dak li kien ikun kieku rriżulta mill-formula stabbilita fl-Anness I bl-użu tax-Xenarju ta’ Referenza tal-UE aġġornat tal-2020.

L-Istati Membri li lilhom ikun ġie ppreżentat kontribut nazzjonali indikattiv ikkoreġut tal-effiċjenza enerġetika mill-Kummissjoni għandhom jaġġornaw il-kontributi indikattivi nazzjonali tal-effiċjenza enerġetika tagħhom skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, bil-kontribut nazzjonali indikattiv ikkoreġut tal-effiċjenza enerġetika għall-konsum finali tal-enerġija flimkien ma’ aġġornament tat-trajettorja indikattiva tagħhom għal dawk il-kontributi u, meta applikabbli, il-miżuri addizzjonali tagħhom, bħala parti mill-aġġornamenti tal-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999. Il-Kummissjoni għandha, f’konformità ma’ dak ir-Regolament, tirrikjedi li l-Istati Membri, mingħajr dewmien, jippreżentaw il-kontribut indikattiv ikkoreġut tagħhom tal-effiċjenza enerġetika u, meta applikabbli, il-miżuri addizzjonali tagħhom biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu stabbilit f’dan il-paragrafu.

Meta Stat Membru jkun innotifika kontribut nazzjonali indikattiv għall-konsum finali tal-effiċjenza enerġetika għall-konsum finali tal-enerġija f’Mtoe daqs jew anqas minn dak skont il-formula stabbilit fl-Anness I, il-Kummissjoni ma għandhiex temenda dak il-kontribut.

Meta tapplika l-mekkaniżmu stabbilit f’dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ma jkun fadal l-ebda differenza bejn is-somma tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri kollha u l-mira vinkolanti tal-Unjoni stabbilita fil-paragrafu 1.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.