+Artikolu 6 5.

Artikolu 6 5.

Sal-11 ta’ Ottubru 2025, l-Istati Membri, għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, għandhom jistabbilixxu u jagħmlu disponibbli u aċċessibbli għall-pubbliku inventarju ta’ bini msaħħan u/jew imkessaħ li jkun il-proprjetà ta’ korpi pubbliċi jew okkupat minnhom u li għandu erja totali tal-art utli ta’ aktar minn 250 m2. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw dak l-inventarju mill-inqas kull sentejn. L-inventarju għandu jkun marbut mal-ħarsa ġenerali tal-istokk tal-bini li titwettaq fil-qafas tal-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini f’konformità mad-Direttiva 2010/31/UE u l-bażijiet tad-data rilevanti.

Data disponibbli u aċċessibbli pubblikament dwar il-karatteristiċi tal-istokk tal-bini, ir-rinnovazzjoni tal-bini u r-rendiment fl-użu tal-enerġija tista’ tiġi aggregata mill-Osservatorju Ewropew tal-Istokk Immobiljari biex jiġi żgurat fehim aħjar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tas-settur tal-bini permezz ta’ data komparabbli.

L-inventarju għandu jkun fih mill-anqas id-data li ġejja:

(a) 

l-erja tal-art f’m2;

(b) 

il-konsum tal-enerġija annwali mkejjel tas-sħana, it-tkessiħ, l-elettriku u l-misħun meta dik id-data tkun disponibbli;

(c) 

iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta’ kull bini maħruġ f’konformità mad-Direttiva 2010/31/UE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.