+Artikolu 11 5.

Artikolu 11 5.

L-Istati Membri għandhom jippromwovu d-disponibbiltà lill-klijenti aħħarin kollha ta’ awditi tal-enerġija ta’ kwalità għolja li huma kosteffettivi u li huma:

(a) 

imwettqin b’mod indipendenti minn esperti kwalifikati jew akkreditati skont il-kriterji ta’ kwalifikazzjoni; jew

(b) 

implimentati u sorveljati minn awtoritajiet indipendenti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

L-awditjar tal-enerġija msemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jsir minn esperti interni jew awdituri tal-enerġija, dment li l-Istat Membru kkonċernat ikun stabbilixxa skema li tiżgura l-kwalità tagħhom inkluż, meta xieraq, għażla aleatorja annwali ta’ mill-inqas persentaġġ statistikament sinifikanti tal-awditjar kollu tal-enerġija mwettaq minn dawn l-esperti interni jew awdituri tal-enerġija.

Biex tkun żgurata l-kwalità għolja tal-awditi tal-enerġija u tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji minimi trasparenti u nondiskriminatorji għall-awditi tal-enerġija f’konformità mal-Anness VI u għandhom iqisu l-istandards Ewropej jew internazzjonali rilevanti. L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità jew korp kompetenti biex jiżguraw li l-iskedi ta’ żmien għat-twettiq tal-awditi tal-enerġija stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jitħarsu u li l-kriterji minimi stipulati fl-Anness VI jiġu applikati b’mod korrett.

L-awditjar tal-enerġija ma għandux jinkludi klawżoli li jwaqqfu s-sejbiet tal-awditjar milli jiġu trasferiti lil xi fornitur ta’ servizzi tal-enerġija kwalifikat jew akkreditat, dment li l-klijent ma joġġezzjonax.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.