+Artikolu 22 2.

Artikolu 22 2.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jippromwovu u jiffaċilitaw użu effiċjenti tal-enerġija mill-klijenti finali u mill-utenti finali. Dawk il-miżuri għandhom ikunu parti minn strateġija nazzjonali, bħall-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima previsti fir-Regolament (UE) 2018/1999, jew l-istrateġija ta’ rinnovazzjoni fit-tul stabbilita f’konformità mal-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, dawk il-miżuri għandhom jinkludu firxa ta’ strumenti u politiki li jippromwovu bidla fl-imġiba bħal:

(a) 

inċentivi fiskali;

(b) 

aċċess għal finanzi, vawċers, għotjiet jew sussidji;

(c) 

valutazzjonijiet tal-konsum tal-enerġija appoġġati pubblikament u servizzi ta’ konsulenza u appoġġ immirati għal konsumaturi li huma unitajiet domestiċi, b’mod partikolari persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, konsumaturi vulnerabbli u, fejn japplika, persuni li jgħixu fl-akkomodazzjoni soċjali;

(d) 

servizzi ta’ konsulenza mmirati għall-SMEs u l-mikrointrapriżi;

(e) 

għoti tal-informazzjoni b’format aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà;

(f) 

proġetti eżemplari;

(g) 

attivitajiet fuq il-post tax-xogħol;

(h) 

attivitajiet tat-taħriġ;

(i) 

għodod diġitali;

(j) 

strateġiji ta’ involviment.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.