+ANNESS XII GARANZIJA TAL-ORIĠINI GĦALL-ELETTRIKU PRODOTT MINN KOĠENERAZZJONI TA’ EFFIĊJENZA GĦOLJA

ANNESS XII GARANZIJA TAL-ORIĠINI GĦALL-ELETTRIKU PRODOTT MINN KOĠENERAZZJONI TA’ EFFIĊJENZA GĦOLJA




ANNESS XII

GARANZIJA TAL-ORIĠINI GĦALL-ELETTRIKU PRODOTT MINN KOĠENERAZZJONI TA’ EFFIĊJENZA GĦOLJA

(1) 

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li:

(a) 

il-garanzija tal-oriġini tal-elettriku ġġenerat b’koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja:

— 
tippermetti li l-produtturi juru li l-elettriku li jbigħu hu ġġenerat b’koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja u tinħareġ għal dak il-għan bħala rispons għal talba tal-produttur;
— 
hija preċiża, affidabbli u reżistenti għall-frodi;
— 
tinħareġ, tiġi trasferita u titħassar b’mod elettroniku;
(b) 

l-istess unità tal-enerġija mill-koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja titqies darba biss.

(2) 

Il-garanzija tal-oriġini msemmija fl-Artikolu 26(13) għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-identità, il-post, it-tip u l-kapaċità (termali u elettrika) tal-installazzjoni fejn tiġi ġġenerata l-enerġija;

(b) 

id-dati u l-postijiet tal-produzzjoni;

(c) 

il-valur kalorifiku aktar baxx tas-sors tal-fjuwil li minnu jiġi ġġenerat l-elettriku;

(d) 

il-kwantità u l-użu tas-sħana ġġenerata flimkien mal-elettriku;

(e) 

il-kwantità tal-elettriku minn koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja skont l-Anness III li tirrappreżenta l-garanzija tal-oriġini;

(f) 

l-iffrankar tal-enerġija primarja kkalkolat skont l-Anness III fuq il-bażi tal-valuri armonizzati ta’ referenza tal-effiċjenza indikati fl-Anness III, il-punt (d);

(g) 

l-effiċjenza elettrika u termali nominali tal-impjant;

(h) 

jekk u sa liema punt l-installazzjoni bbenefikat minn appoġġ għall-investiment;

(i) 

jekk u sa liema punt l-unità tal-enerġija bbenefikat mod ieħor minn xi skema ta’ appoġġ nazzjonali, u t-tip tal-iskema ta’ appoġġ;

(j) 

id-data meta l-impjant sar operazzjonali; u

(k) 

id-data u l-pajjiż tal-ħruġ, u numru ta’ identifikazzjoni uniku.

Il-garanzija tal-oriġini għandu jkollha l-qies standard ta’ 1 MWh. Għandha tkun relatata mal-output tal-elettriku nett imkejjel fil-konfini tal-istazzjoni u esportat lejn il-grilja.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.