|
+Artikolu 5 3 |
Artikolu 5 33. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, fejn ikun meħtieġ, miżuri meħtieġa biex jiġi determinat il-post taċ-ċentri li jappartjenu għall-infrastruttura governattiva tal-art, f’konformità mar-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 30(3) ta’ dan ir-Regolament, wara proċess miftuħ u trasparenti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 47(3) ta’ dan ir-Regolament. Għall-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, iċ-ċentri msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fejn possibbli, għandhom ikunu jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri u regolati minn ftehim ta’ akkoljenza fil-forma ta’ ftehim amministrattiv bejn l-Unjoni u l-Istat Membru kkonċernat. Fejn ma jkunx possibbli li ċ-ċentri jkunu fit-territorju tal-Istati Membri, il-Kummissjoni tista’ tiddetermina l-post ta’ tali ċentri fit-territorju tal-membri tal-EFTA li huma membri taż-ŻEE jew fit-territorju ta’ pajjiż terz ieħor, soġġett għal ftehim ta’ akkoljenza bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat konkluż f’konformità mal-Artikolu 218 TFUE. Minkejja l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-post taċ-Ċentri tal-GOVSATCOM għandu jiġi ddeterminat f’konformità mal-Artikolu 67(2) tar-Regolament (UE) 2021/696. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|