1. L-Unjoni għandha tkun is-sid tal-assi tanġibbli u intanġibbli kollha li jiffurmaw parti mill-infrastruttura governattiva żviluppata taħt il-Programm, kif imsemmi fl-Artikoli 5(2) u 19(10), bl-eċċezzjoni tal-infrastruttura terrestri EuroQCI, li għandha tkun il-proprjetà tal-Istati Membri. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kuntratti, il-ftehimiet u arranġamenti oħra rilevanti marbuta mal-attivitajiet li jistgħu jirriżultaw fil-ħolqien jew fl-iżvilupp ta’ tali assi jkun fihom dispożizzjonijiet li jiżguraw is-sjieda tal-Unjoni ta’ dawk l-assi.