1. Il-Programm għandu jiġi implimentat, kif xieraq, f’approċċ f’fażijiet sa ma jitlestew l-attivitajiet stabbiliti fl-Artikolu 4. Il-Kummissjoni, f’koordinazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura li l-approċċ tal-akkwist jippermetti l-aktar kompetizzjoni wiesgħa possibbli sabiex titrawwem parteċipazzjoni xierqa tal-katina tal-valur industrijali kollha għall-kuntratti relatati mal-forniment tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 10(1) u l-kuntratti relatati max-xiri tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 10(2).