+Artikolu 19 Mudell ta’ implimentazzjoni
---+Artikolu 19 1
---+Artikolu 19 2
---+Artikolu 19 3
---+Artikolu 19 4
---+Artikolu 19 5
---+Artikolu 19 6
---+Artikolu 19 7
---+Artikolu 19 8
---+Artikolu 19 9
---+Artikolu 19 10
|
Artikolu 19 Mudell ta’ implimentazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1
|
1. Il-Programm għandu jiġi implimentat, kif xieraq, f’approċċ f’fażijiet sa ma jitlestew l-attivitajiet stabbiliti fl-Artikolu 4. Il-Kummissjoni, f’koordinazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura li l-approċċ tal-akkwist jippermetti l-aktar kompetizzjoni wiesgħa possibbli sabiex titrawwem parteċipazzjoni xierqa tal-katina tal-valur industrijali kollha għall-kuntratti relatati mal-forniment tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 10(1) u l-kuntratti relatati max-xiri tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 10(2).
|
|
Artikolu 19 2
|
2. L-attivitajiet stipulati fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati permezz ta’ diversi kuntratti mogħtija f’konformità mar-Regolament Finanzjarju u l-prinċipji tal-akkwist skont l-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament u jistgħu jieħdu l-forma ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, kuntratti ta’ forniment, ta’ servizz jew ta’ xogħlijiet inkella kuntratti mħallta.
|
|
Artikolu 19 3
|
3. Il-kuntratti msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu akkwistati taħt ġestjoni diretta jew indiretta u jistgħu jieħdu l-forma ta’ akkwist interistituzzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 165(1) tar-Regolament Finanzjarju, bejn il-Kummissjoni u l-Aġenzija, fejn il-Kummissjoni għandha tassumi r-rwol ta’ awtorità kontraenti ewlenija.
|
|
Artikolu 19 4
|
4. L-approċċ tal-akkwist imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-kuntratti msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 9(2), 10(4) u 10(5).
|
|
Artikolu 19 5
|
5. Jekk ir-riżultat tal-approċċ tal-akkwist imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jieħu l-forma ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, dawk il-kuntratti ta’ konċessjoni għandhom jistipulaw l-arkitettura tal-infrastruttura governattiva tas-sistema ta’ konnettività sigura, ir-rwoli, ir-responsabbiltajiet, l-iskema finanzjarja u l-allokazzjoni tar-riskji bejn l-Unjoni u l-kuntratturi, billi jittieħed kont tar-reġim ta’ sjieda skont l-Artikolu 6 u l-finanzjament tal-Programm skont il-Kapitolu III.
|
|
Artikolu 19 6
|
6. Jekk ma jingħatax kuntratt ta’ konċessjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura implimentazzjoni ottimali tal-objettiv imsemmi fl-Artikolu 3(1), il-punt (a), billi takkwista, kif xieraq, kuntratt ta’ forniment, ta’ servizz jew ta’ xogħlijiet jew kuntratt imħallat.
|
|
Artikolu 19 7
|
7. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura l-kontinwità tas-servizzi governattivi jekk il-kuntratturi msemmija f’dan l-Artikolu ma jkunux jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom.
|
|
Artikolu 19 8
|
8. Fejn xieraq, il-proċeduri ta’ akkwist għall-kuntratti msemmija f’dan l-Artikolu jistgħu jieħdu wkoll l-forma ta’ akkwisti konġunti mal-Istati Membri, f’konformità mal-Artikolu 165(2) tar-Regolament Finanzjarju.
|
|
Artikolu 19 9
|
9. Il-kuntratti msemmija f’dan l-Artikolu għandhom b’mod partikolari jiżguraw li l-forniment ta’ servizzi bbażati fuq infrastruttura kummerċjali jippreżerva l-interessi essenzjali tal-Unjoni u l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 3. Dawk il-kuntratti għandhom jinkludu wkoll salvagwardji adegwati biex jiġi evitat kwalunkwe kumpens żejjed lill-kuntratturi msemmija f’dan l-Artikolu, distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, kunflitti ta’ interess, diskriminazzjoni bla bżonn jew kwalunkwe vantaġġ indirett moħbi ieħor. Tali salvagwardji jistgħu jinkludu l-obbligu ta’ separazzjoni tal-kontabilità bejn il-forniment ta’ servizzi governattivi u l-forniment ta’ servizzi kummerċjali, inkluż l-istabbiliment ta’ entità strutturalment u legalment separata mill-operatur integrat vertikalment għall-forniment ta’ servizzi governattivi, u l-forniment ta’ aċċess miftuħ, ġust, raġonevoli u mhux diskriminatorju għall-infrastruttura meħtieġ għall-forniment ta’ servizzi kummerċjali. Il-kuntratti għandhom jiżguraw ukoll li l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 22 jiġu ssodisfati matul id-durata kollha tagħhom.
|
|
Artikolu 19 10
|
10. Fejn is-servizzi governattivi u kummerċjali jiddependu fuq sottosistemi jew interfaċċi komuni biex jiżguraw sinerġiji, il-kuntratti msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiddeterminaw ukoll liema minn dawk l-interfaċċi u s-sottosistemi komuni għandhom ikunu parti mill-infrastruttura governattiva sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.03.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0588
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|