+Artikolu 41 Programmazzjoni, monitoraġġ u rapportar
---+Artikolu 41 1
---+Artikolu 41 2
---+Artikolu 41 3
---+Artikolu 41 4
---+Artikolu 41 5
---+Artikolu 41 6
|
Artikolu 41 Programmazzjoni, monitoraġġ u rapportar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 41 1
|
1. Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz ta’ programmi ta’ ħidma kif imsemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programmi ta’ ħidma għandhom jistipulaw l-azzjonijiet u l-baġit assoċjat meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm u, fejn ikun applikabbli, l-ammont globali riżervat għal operazzjonijiet ta’ taħlit. Il-programmi ta’ ħidma għandhom jikkomplementaw il-programmi ta’ ħidma għall-komponent ta’ GOVSATCOM, kif imsemmija fl-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) 2021/696.
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi ta’ ħidma permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 47(3).
|
|
Artikolu 41 2
|
2. L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali u speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3 huma stipulati fl-Anness.
|
|
Artikolu 41 3
|
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 45, li temenda l-Anness fir-rigward tal-indikaturi fejn jitqies li dan ikun meħtieġ, kif ukoll li tissupplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.
|
|
Artikolu 41 4
|
4. Fejn meħtieġ minħabba raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-proċedura prevista fl-Artikolu 46 għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 41 5
|
5. Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u r-riżultati tal-Programm jinġabru b’mod effiċjenti, effettiv u rapidu.
Għal dak l-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti proporzjonati ta’ rapportar fuq ir-riċevituri tal-fondi mill-UE u, fejn ikun xieraq, fuq l-Istati Membri.
|
|
Artikolu 41 6
|
6. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, ir-riċevituri tal-fondi mill-Unjoni għandhom jipprovdu l-informazzjoni xierqa. Id-data meħtieġa għall-verifika tal-prestazzjoni għandha tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv u rapidu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.03.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0588
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|