+Artikolu 42 Evalwazzjoni
---+Artikolu 42 1
---+Artikolu 42 2
---+Artikolu 42 3
---+Artikolu 42 4
---+Artikolu 42 5
---+Artikolu 42 6
---+Artikolu 42 7
|
Artikolu 42 Evalwazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 42 1
|
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet f’waqthom tal-Programm sabiex jagħtu kontribut fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
|
|
Artikolu 42 2
|
2. Sal-21 ta’ Marzu 2024 u kull sena minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bis-sejbiet ewlenin rigward l-implimentazzjoni inizjali tal-Programm, inkluż it-tlestija tal-attivitajiet ta’ definizzjoni, il-konsolidazzjoni tal-ħtiġijiet tal-utenti u l-pjanijiet ta’ implimentazzjoni, kif ukoll il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali.
|
|
Artikolu 42 3
|
3. Sat-30 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni tal-Programm fid-dawl tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tivvaluta:
|
(a)
|
il-prestazzjoni tas-sistema ta’ konnettività sigura u tas-servizzi pprovduti taħt il-Programm, b’mod partikolari l-latenza baxxa, l-affidabbiltà, l-awtonomija u l-aċċess dinji;
|
|
(b)
|
il-mudelli ta’ governanza u implimentazzjoni, u l-effiċjenza tagħhom;
|
|
(c)
|
l-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet tal-utenti tal-Programm;
|
|
(d)
|
is-sinerġija u l-komplementarjetà tal-Programm ma’ programmi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari GOVSATCOM u mal-komponenti l-oħra tal-Programm Spazjali tal-Unjoni;
|
|
(e)
|
l-evoluzzjoni tal-kapaċitajiet disponibbli, l-innovazzjonijiet u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda fl-ekosistema spazjali;
|
|
(f)
|
il-parteċipazzjoni ta’ negozji ġodda u SMEs madwar l-Unjoni;
|
|
(g)
|
l-impatt ambjentali tal-Programm filwaqt li jitqiesu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 8;
|
|
(h)
|
kwalunkwe qbiż tal-kostijiet, il-puntwalità fl-ilħiq tal-iskadenzi stabbiliti għall-proġetti u l-effettività tal-governanza u tal-ġestjoni tal-Programm;
|
|
(i)
|
l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza, u l-valur miżjud tal-Unjoni tal-attivitajiet tal-Programm.
|
Jekk ikun xieraq, l-evalwazzjoni għandha tkun akkumpanjata bi proposta xierqa.
|
|
Artikolu 42 4
|
4. L-evalwazzjoni tal-Programm għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni tal-komponent ta’ GOVSATCOM skont l-Artikolu 102 tar-Regolament (UE) 2021/696.
|
|
Artikolu 42 5
|
5. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
|
|
Artikolu 42 6
|
6. L-entitajiet involuti fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jipprovdu d-data u l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għall-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 42 7
|
7. Sentejn wara l-kapaċità operazzjonali sħiħa, u kull sentejn wara dan, l-Aġenzija għandha toħroġ rapport tas-suq, wara li tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, dwar l-impatt tal-Programm fuq l-industrija kummerċjali upstream u downstream tas-satelliti tal-Unjoni bil-għan li jiġi żgurat l-impatt minimu possibbli fuq il-kompetizzjoni u ż-żamma ta’ inċentivi għall-innovazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.03.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0588
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|