+Artikolu 42 3

Artikolu 42 3

3.   Sat-30 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni tal-Programm fid-dawl tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tivvaluta:

(a)

il-prestazzjoni tas-sistema ta’ konnettività sigura u tas-servizzi pprovduti taħt il-Programm, b’mod partikolari l-latenza baxxa, l-affidabbiltà, l-awtonomija u l-aċċess dinji;

(b)

il-mudelli ta’ governanza u implimentazzjoni, u l-effiċjenza tagħhom;

(c)

l-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet tal-utenti tal-Programm;

(d)

is-sinerġija u l-komplementarjetà tal-Programm ma’ programmi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari GOVSATCOM u mal-komponenti l-oħra tal-Programm Spazjali tal-Unjoni;

(e)

l-evoluzzjoni tal-kapaċitajiet disponibbli, l-innovazzjonijiet u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda fl-ekosistema spazjali;

(f)

il-parteċipazzjoni ta’ negozji ġodda u SMEs madwar l-Unjoni;

(g)

l-impatt ambjentali tal-Programm filwaqt li jitqiesu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 8;

(h)

kwalunkwe qbiż tal-kostijiet, il-puntwalità fl-ilħiq tal-iskadenzi stabbiliti għall-proġetti u l-effettività tal-governanza u tal-ġestjoni tal-Programm;

(i)

l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza, u l-valur miżjud tal-Unjoni tal-attivitajiet tal-Programm.

Jekk ikun xieraq, l-evalwazzjoni għandha tkun akkumpanjata bi proposta xierqa.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.03.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0588
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.