+Artikolu 7 Prinċipji li jirregolaw il-Fond
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.

Artikolu 7 Prinċipji li jirregolaw il-Fond

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.
Il-Fond għandu jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-miżuri u l-investimenti stabbiliti fil-Pjanijiet tagħhom.
Artikolu 7 2.

Il-pagament tal-appoġġ finanzjarju skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lil kull Stat Membru għandu jkun bil-kondizzjoni li dak l-Istat Membru jilħaq l-istadji importanti u l-miri għall-miżuri u l-investimenti f’konformità mal-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament. Dawn l-objettivi intermedji u l-miri għandhom ikunu kompatibbli mal-miri klimatiċi tal-Unjoni u l-objettiv stipulat fir-Regolament (UE) 2021/1119, u għandhom ikopru b’mod partikolari:

(a) 

l-effiċjenza enerġetika;

(b) 

ir-rinnovazzjoni tal-bini;

(c) 

il-mobbiltà u t-trasport b’emissjonijiet żero u baxxi;

(d) 

it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra;

(e) 

tnaqqis fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli, b’mod partikolari unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku, ta’ mikrointrapriżi vulnerabbli u ta’ utenti tat-trasport vulnerabbli.

Artikolu 7 3.
Il-Fond għandu jappoġġa biss miżuri u investimenti li jikkonformaw mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” fit-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852.
Artikolu 7 4.
Il-miżuri u l-investimenti appoġġati mill-Fond għandhom inaqqsu d-dipendenza fuq il-fjuwils fossili u, fejn rilevanti, jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali kif ukoll għal impjiegi sostenibbli u ta’ kwalità fl-oqsma koperti mill-miżuri u l-investimenti tal-Fond.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0955
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.