+Artikolu 11 Ir-riżorsi minn programmi b’ġestjoni kondiviża u l-użu tar-riżorsi u għalihom
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
|
Artikolu 11 Ir-riżorsi minn programmi b’ġestjoni kondiviża u l-użu tar-riżorsi u għalihom
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq talba tagħhom, jiġu ttrasferiti lill-Fond soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/1060. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw esklużivament għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
|
|
Artikolu 11 2.
|
Fil-Pjanijiet tagħhom ippreżentati skont l-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jitolbu t-trasferiment sa 15 % tal-allokazzjoni finanzjarja annwali massima tagħhom għall-fondi b’ġestjoni kondiviża prevista fir-Regolament (UE) 2021/1060. Ir-riżorsi trasferiti għandhom jiffinanzjaw miżuri u investimenti kif imsemmija fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament u għandhom jiġu implimentati f’konformità mar-regoli tal-fondi li lilhom jiġu ttrasferiti r-riżorsi. Ir-riżorsi għandhom jiġu ttrasferiti mill-Istati Membri permezz tal-emenda ta’ programm wieħed jew aktar, ħlief għal programmi taħt il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg), f’konformità mal-Artikolu 26a tar-Regolament (UE) 2021/1060, u għandhom jiġu implimentati f’konformità mar-regoli stipulati f’dak ir-Regolament u r-regoli tal-fondi li lilhom jiġu trasferiti r-riżorsi.
|
|
Artikolu 11 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jinkarigaw lill-awtoritajiet maniġerjali tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/1060 bl-implimentazzjoni ta’ miżuri u investimenti li jibbenefikaw mill-Fond, fejn applikabbli fid-dawl tas-sinerġiji ma’ dawk il-programmi tal-politika ta’ koeżjoni u f’konformità mal-objettivi tal-Fond. L-Istati Membri għandhom jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li b’hekk jinkarigaw lil dawn l-awtoritajiet fil-Pjanijiet tagħhom. F’każijiet bħal dawn, is-sistemi eżistenti ta’ ġestjoni u kontroll fis-seħħ mill-Istati Membri, kif notifikati lill-Kummissjoni, għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 11 4.
|
L-Istati Membri jistgħu jinkludu fil-Pjanijiet tagħhom, bħala parti mill-kostijiet totali stmati, il-pagamenti għal appoġġ tekniku addizzjonali skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2021/240 u l-ammont tal-kontribuzzjoni fi flus kontanti għall-fini tal-kompartiment tal-Istat Membru skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
8
). Dawk il-kostijiet ma għandhomx jaqbżu l-4 % tal-allokazzjoni finanzjarja massima għall-Pjan, u l-miżuri rilevanti, kif stabbiliti fil-Pjan, għandhom ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0955
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|