L-Istati Membri jistgħu jinkludu fil-Pjanijiet tagħhom, bħala parti mill-kostijiet totali stmati, il-pagamenti għal appoġġ tekniku addizzjonali skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2021/240 u l-ammont tal-kontribuzzjoni fi flus kontanti għall-fini tal-kompartiment tal-Istat Membru skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
8
). Dawk il-kostijiet ma għandhomx jaqbżu l-4 % tal-allokazzjoni finanzjarja massima għall-Pjan, u l-miżuri rilevanti, kif stabbiliti fil-Pjan, għandhom ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament.