+Artikolu 17 Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.

Artikolu 17 Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1.
Abbażi tal-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 16, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-Pjan ta’ Stat Membru, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, mhux aktar tard minn ħames xhur mid-data tal-preżentazzjoni ta’ dak il-Pjan skont l-Artikolu 4(1).
Artikolu 17 2.

Meta l-Kummissjoni tagħti valutazzjoni pożittiva ta’ Pjan, l-att ta’ implimentazzjoni li jirreferi għaliha fil-paragrafu 1 għandu jistipula:

(a) 

il-miżuri u l-investimenti li għandhom jiġu implimentati mill-Istat Membru, l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-Pjan, u l-objettivi intermedji u l-miri;

(b) 

l-allokazzjoni finanzjarja massima allokata f’konformità mal-Artikolu 14(1) li għandha titħallas f’pagamenti parzjali, skont l-Artikolu 20, ladarba l-Istat Membru jkun kiseb b’mod sodisfaċenti l-objettivi intermedji u l-miri rilevanti identifikati b’rabta mal-implimentazzjoni tal-Pjan;

(c) 

il-kontribuzzjoni nazzjonali;

(d) 

l-arranġamenti u l-iskeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-Pjan, inkluż, fejn rilevanti, il-miżuri meħtieġa għall-konformità mal-Artikolu 21;

(e) 

l-indikaturi rilevanti relatati mal-kisba tal-objettivi intermedji u l-miri previsti; kif ukoll

(f) 

l-arranġamenti biex jingħata aċċess mill-Kummissjoni għad-data rilevanti sottostanti.

Artikolu 17 3.
L-allokazzjoni finanzjarja massima msemmija fil-paragrafu 2, punt (b), ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-kostijiet totali stmati tal-Pjan proposti mill-Istat Membru, kif ivvalutat skont il-kriterji stipulati fl-Artikolu 16(3).

L-ammont tal-allokazzjoni finanzjarja massima msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi stabbilit kif ġej:

(a) 

fejn il-Pjan ikun konformi b’mod sodisfaċenti mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 16(3), u l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-Pjan mingħajr il-kontribuzzjoni nazzjonali jkun ugwali għal, jew ogħla minn, l-allokazzjoni finanzjarja massima għal dak l-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 14(1), l-allokazzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru għandha tkun ugwali għall-ammont totali tal-allokazzjoni finanzjarja massima msemmija fl-Artikolu 14(1);

(b) 

fejn il-Pjan jikkonforma b’mod sodisfaċenti mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 16(3), u l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-Pjan mingħajr il-kontribuzzjoni nazzjonali jkun aktar baxx mill-allokazzjoni finanzjarja massima għal dak l-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 14(1), l-allokazzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru għandha tkun ugwali għall-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-Pjan mingħajru il-kontribuzzjoni nazzjonali;

(c) 

fejn il-Pjan ikun jikkonforma b’mod sodisfaċenti mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 16(3), iżda l-valutazzjoni tidentifika dgħufijiet fis-sistemi interni ta’ kontroll, il-Kummissjoni tista’ titlob li miżuri addizzjonali biex jindirizzaw dawn id-dgħufijiet jiġu inklużi fil-Pjan u jinkisbu mill-Istat Membru qabel l-ewwel pagament;

(d) 

fejn il-Pjan ma jikkonformax b’mod sodisfaċenti mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 16(3), ma għandha tiġi allokata l-ebda allokazzjoni finanzjarja lill-Istat Membru.

Artikolu 17 4.
Meta l-Kummissjoni tagħti valutazzjoni negattiva dwar Pjan, id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi r-raġunijiet għal dik il-valutazzjoni negattiva. L-Istat Membru kkonċernat għandu jerġa’ jippreżenta l-Pjan, wara li jqis il-valutazzjoni tal-Kummissjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0955
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.