+Artikolu 17 3.

Artikolu 17 3.

L-allokazzjoni finanzjarja massima msemmija fil-paragrafu 2, punt (b), ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-kostijiet totali stmati tal-Pjan proposti mill-Istat Membru, kif ivvalutat skont il-kriterji stipulati fl-Artikolu 16(3).

L-ammont tal-allokazzjoni finanzjarja massima msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi stabbilit kif ġej:

(a) 

fejn il-Pjan ikun konformi b’mod sodisfaċenti mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 16(3), u l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-Pjan mingħajr il-kontribuzzjoni nazzjonali jkun ugwali għal, jew ogħla minn, l-allokazzjoni finanzjarja massima għal dak l-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 14(1), l-allokazzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru għandha tkun ugwali għall-ammont totali tal-allokazzjoni finanzjarja massima msemmija fl-Artikolu 14(1);

(b) 

fejn il-Pjan jikkonforma b’mod sodisfaċenti mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 16(3), u l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-Pjan mingħajr il-kontribuzzjoni nazzjonali jkun aktar baxx mill-allokazzjoni finanzjarja massima għal dak l-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 14(1), l-allokazzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru għandha tkun ugwali għall-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-Pjan mingħajru il-kontribuzzjoni nazzjonali;

(c) 

fejn il-Pjan ikun jikkonforma b’mod sodisfaċenti mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 16(3), iżda l-valutazzjoni tidentifika dgħufijiet fis-sistemi interni ta’ kontroll, il-Kummissjoni tista’ titlob li miżuri addizzjonali biex jindirizzaw dawn id-dgħufijiet jiġu inklużi fil-Pjan u jinkisbu mill-Istat Membru qabel l-ewwel pagament;

(d) 

fejn il-Pjan ma jikkonformax b’mod sodisfaċenti mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 16(3), ma għandha tiġi allokata l-ebda allokazzjoni finanzjarja lill-Istat Membru.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0955
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.