+Artikolu 20 Regoli dwar il-ħlasijiet, is-sospensjoni u t-terminazzjoni ta’ ftehimiet rigward allokazzjonijiet finanzjarji
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.
---+Artikolu 20 6.
---+Artikolu 20 7.
---+Artikolu 20 8.
---+Artikolu 20 9.
---+Artikolu 20 10.
|
Artikolu 20 Regoli dwar il-ħlasijiet, is-sospensjoni u t-terminazzjoni ta’ ftehimiet rigward allokazzjonijiet finanzjarji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1.
|
Il-ħlasijiet tal-allokazzjonijiet finanzjarji skont dan l-Artikolu lill-Istat Membru għandhom isiru malli jinkisbu l-objettivi intermedji u l-miri rilevanti miftiehma indikati fil-Pjan, kif approvati f’konformità mal-Artikolu 17, u soġġett għad-disponibbiltà tal-finanzjament. Ma’ tali kisba, l-Istat Membru għandu jissottometti lill-Kummissjoni talba debitament motivata għal ħlas. L-Istat Membru għandu jissottometti tali talbiet għal ħlas lill-Kummissjoni darba jew darbtejn fis-sena, sal-31 ta’ Lulju jew sal-31 ta’ Diċembru.
|
|
Artikolu 20 2.
|
Malli tirċievi talba għal ħlas minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-objettivi intermedji u l-miri rilevanti stabbiliti fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 17 ma nkisbux b’mod sodisfaċenti. Il-kisba sodisfaċenti tal-objettivi intermedji u tal-miri għandha tippresupponi li l-miżuri relatati ma’ objettivi intermedji u miri miksuba b’mod sodisfaċenti preċedentement ma jkunux treġġgħu lura mill-Istat Membru kkonċernat.
|
|
Artikolu 20 3.
|
Meta l-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni pożittiva ta’ talba għal ħlas individwali, hija għandha tadotta deċiżjoni individwali li tawtorizza l-iżborż tal-allokazzjoni finanzjarja f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, soġġett għad-disponibbiltà tal-fondi u filwaqt li tiżgura li l-Istati Membri jingħataw trattament ugwali. Il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni individwali mhux qabel xahrejn u mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-iskadenza rilevanti għas-sottomissjoni tat-talba għal ħlas f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 20 4.
|
Meta, b’riżultat tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tistabbilixxi li l-objettivi intermedji u l-miri stabbiliti fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 17 ma jkunux inkisbu b’mod sodisfaċenti, il-ħlas tal-parti tal-allokazzjoni finanzjarja proporzjonali għall-mira jew l-objettiv intermedju mhux miksub għandu jiġi sospiż. L-Istat Membru jista’ jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahar mill-komunikazzjoni tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni. Is-sospensjoni għandha titneħħa biss meta l-objettivi intermedji u l-miri jkunu nkisbu b’mod sodisfaċenti kif stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 17.
|
|
Artikolu 20 5.
|
B’deroga mill-Artikolu 116(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, l-iskadenza għall-ħlas għandha tibda tiddekorri mid-data tal-komunikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-iżborż tal-allokazzjoni finanzjarja lill-Istat Membru kkonċernat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, jew mid-data tal-komunikazzjoni tat-tneħħija ta’ sospensjoni skont il-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 20 6.
|
Meta l-objettivi intermedji u l-miri ma jkunux inkisbu b’mod sodisfaċenti fi żmien perjodu ta’ disa’ xhur mis-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tnaqqas l-ammont tal-allokazzjoni finanzjarja b’mod proporzjonat wara li tkun tat lill-Istat Membru l-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tagħha rigward il-kisba tal-objettivi intermedji u l-miri.
|
|
Artikolu 20 7.
|
Meta, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-konklużjoni tal-ftehimiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 19, ma jkun sar l-ebda progress tanġibbli fir-rigward ta’ kwalunkwe objettiv intermedju u mira rilevanti mill-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tittermina dawk il-ftehimiet u għandha tiddiżimpenja l-ammont tal-allokazzjoni finanzjarja, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar it-terminazzjoni ta’ dawk il-ftehimiet wara li tkun tat lill-Istat Membru l-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li ma jkun sar l-ebda progress tanġibbli.
|
|
Artikolu 20 8.
|
Il-ħlasijiet kollha għandhom isiru sal-31 ta’ Diċembru 2033.
|
|
Artikolu 20 9.
|
B’deroga mill-Artikolu 116 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, jekk, f’ċiklu partikolari ta’ talbiet għal ħlas kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, id-dħul assenjat lill-Fond f’konformità mal-Artikolu 30d(4) tad-Direttiva 2003/87/KE ma jkunx biżżejjed biex ikopri t-talbiet għal ħlas sottomessi, il-Kummissjoni għandha tħallas lill-Istati Membri fuq bażi pro rata determinata bħala sehem tal-fondi disponibbli għall-ħlasijiet imqabbel mat-total ta’ ħlasijiet approvati. Fiċ-ċiklu ta’ talbiet għal ħlas li jkun imiss, il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lil dawk l-Istati Membri bi ħlasijiet imdewma miċ-ċiklu preċedenti ta’ talbiet għal ħlas, u t-talbiet għal ħlas li jkunu għadhom kif ġew sottomessi tittrattahom biss aktar tard.
|
|
Artikolu 20 10.
|
B’deroga mill-Artikolu 12(4), il-punt (c), tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30d(4), is-sitt subparagrafu, tad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni għandha talloka lill-Istati Membri l-ammonti li jikkorrispondu għal kwalunkwe approprjazzjoni li ma tkunx intużat sal-31 ta’ Diċembru 2033 f’konformità mar-regoli għad-distribuzzjoni tal-kwoti definiti fl-Artikolu 30d(5) tad-Direttiva 2003/87/KE sabiex jintlaħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0955
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|