+Artikolu 27 Evalwazzjoni u r-rieżami tal-Fond
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.
|
Artikolu 27 Evalwazzjoni u r-rieżami tal-Fond
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27 1.
|
Sentejn wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-Fond, li jieħu kont tar-riżultati tal-ewwel rapporti sottomessi mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 24, u għandha tissottometti, fejn xieraq, kwalunkwe proposta għal emendi għal dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 27 2.
|
Ir-rapport ta’ evalwazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jivvaluta, b’mod partikolari:
(a)
il-punt sa fejn ikunu ntlaħqu l-objettivi tal-Fond stabbiliti fl-Artikolu 3, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud tal-Unjoni;
(b)
fuq bażi ta’ pajjiż b’pajjiż, l-effiċjenza ta’ miżuri u investimenti u l-użu tal-appoġġ dirett għall-introjtu fid-dawl tal-kisba tal-objettivi intermedji u l-miri stabbiliti fil-Pjanijiet;
(c)
kif id-definizzjonijiet tal-faqar enerġetiku u l-faqar tat-trasport jiġu applikati fl-Istati Membri, abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1), il-punt (f), kif ukoll jekk humiex meħtieġa emendi għal tali definizzjonijiet;
(d)
ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-miżuri u l-investimenti kollha stabbiliti fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-impatt fuq l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kkawżat mill-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini u mit-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE u tal-miżuri nazzjonali meħuda biex jintlaħaq it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
13
), kif ukoll ir-rilevanza kontinwa tad-dħul assenjat b’rabta ma’ żviluppi possibbli rigward l-irkantar tal-kwoti skont is-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini, it-trasport bit-triq u setturi addizzjonali skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE u kunsiderazzjonijiet rilevanti oħra.
|
|
Artikolu 27 3.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2033, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport ta’ evalwazzjoni ex post indipendenti. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ex post għandu jikkonsisti minn valutazzjoni globali tal-Fond u għandu jinkludi informazzjoni dwar l-impatt tiegħu.
|
|
Artikolu 27 4.
|
Mingħajr preġudizzju għall-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l- 2027, fil-każ li d-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmi fl-Artikolu 30d(5) tad-Direttiva 2003/87/KE jkun stabbilit bħala riżorsa proprja f’konformità mal-Artikolu 311(3) TFUE, il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, tippreżenta l-proposti meħtieġa sabiex tiżgura, fil-qafas tal-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2027, l-effettività u l-kontinwità tal-implimentazzjoni tal-Fond, temporanjament u eċċezzjonalment iffinanzjat mid-dħul assenjat estern iġġenerat mill-kwoti tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0955
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|