|
+Artikolu 27 2. |
Artikolu 27 2.Ir-rapport ta’ evalwazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jivvaluta, b’mod partikolari:
(a)
il-punt sa fejn ikunu ntlaħqu l-objettivi tal-Fond stabbiliti fl-Artikolu 3, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud tal-Unjoni;
(b)
fuq bażi ta’ pajjiż b’pajjiż, l-effiċjenza ta’ miżuri u investimenti u l-użu tal-appoġġ dirett għall-introjtu fid-dawl tal-kisba tal-objettivi intermedji u l-miri stabbiliti fil-Pjanijiet;
(c)
kif id-definizzjonijiet tal-faqar enerġetiku u l-faqar tat-trasport jiġu applikati fl-Istati Membri, abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1), il-punt (f), kif ukoll jekk humiex meħtieġa emendi għal tali definizzjonijiet;
(d)
ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-miżuri u l-investimenti kollha stabbiliti fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-impatt fuq l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kkawżat mill-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini u mit-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE u tal-miżuri nazzjonali meħuda biex jintlaħaq it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ), kif ukoll ir-rilevanza kontinwa tad-dħul assenjat b’rabta ma’ żviluppi possibbli rigward l-irkantar tal-kwoti skont is-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini, it-trasport bit-triq u setturi addizzjonali skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE u kunsiderazzjonijiet rilevanti oħra. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|