|
+ANNESS I |
ANNESS I
ANNESS I METODOLOĠIJA GĦALL-KALKOLU TAL-ALLOKAZZJONI FINANZJARJA MASSIMA GĦAL KULL STAT MEMBRU FIL-QAFAS TAL-FOND SKONT L-ARTIKOLU 14 Dan l-Anness jistipula l-metodoloġija għall-kalkolu tal-allokazzjoni finanzjarja massima disponibbli għal kull Stat Membru f’konformità mal-Artikoli 10 u 14. Il-metodoloġija tqis il-varjabbli li ġejjin fir-rigward ta’ kull Stat Membru:
—
il-popolazzjoni f’riskju ta’ faqar li tgħix f’żoni rurali (2019);
—
l-emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju mill-kombustjoni tal-fjuwil mill-unitajiet domestiċi (medja tal-2016-2018);
—
il-perċentwal ta’ unitajiet domestiċi f’riskju ta’ faqar b’arretrati fuq il-kontijiet tal-utilitajiet tagħhom (2019);
—
il-popolazzjoni totali (2019);
—
l-introjtu nazzjonali gross (GNI) per capita tal-Istat Membru, imkejjel fi standard tal-kapaċità tal-akkwist (2019);
—
is-sehem tal-emissjonijiet ta’ referenza skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/842 għas-sorsi ta’ emissjonijiet 1A3b, 1A4a u 1A4b, kif stabbilit fil-Linji Gwida tal-IPCC tal-2006 għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra (medja tal-2016-2018), kif rieżaminat b’mod komprensiv skont l-Artikolu 4(3) ta’ dak ir-Regolament.
L-allokazzjoni finanzjarja massima ta’ Stat Membru skont il-Fond (MFAi) hija stabbilita kif ġej:
Fejn: L-ammont massimu (MA) għall-implimentazzjoni tal-Fond kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) u αi huwa s-sehem tal-Istat Membru i fl-ammont massimu, iddeterminat fuq il-bażi tal-passi li ġejjin:
Fejn
Fejn għal kull Stat Membru i: rural pop i hija l-popolazzjoni f’riskju ta’ faqar li tgħix f’żoni rurali tal-Istat Membru i; rural pop EU hija s-somma tal-popolazzjoni f’riskju ta’ faqar li tgħix f’żoni rurali tal-Istati Membri tal-UE-27; pop i hija l-popolazzjoni tal-Istat Membru i; pop EU hija s-somma tal-popolazzjoni tal-Istati Membri tal-UE-27; HCO2 i huma l-emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju mill-kombustjoni tal-fjuwil mill-unitajiet domestiċi tal-Istat Membru i; HCO2 EU hija s-somma tal-emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju mill-kombustjoni tal-fjuwil mill-unitajiet domestiċi tal-Istati Membri tal-UE-27; arrears i huwa l-perċentwal tal-unitajiet domestiċi f’riskju ta’ faqar b’arretrati fuq il-kontijiet tal-utilitajiet tal-Istat Membru i; arrears EU huwa l-perċentwal ta’ unitajiet domestiċi f’riskju ta’ faqar b’arretrati fuq il-kontijiet tal-utilitajiet tagħhom tal-UE-27;
Għall-Istati Membri kollha, αi ma tistax tkun inqas minn 0,07 % tal-ammont massimu kif imsemmi fl-Artikolu 10(1). L-α i tal-Istati Membri kollha b'α i ogħla minn 0,07 % jiġu aġġustati proporzjonalment biex jiġi żgurat li s-somma tal-α i kollha tkun ugwali għal 100 %. Għall-Istati Membri b’GNI per capita inqas minn 90 % tal-valur tal-UE-27, αi ma jistax ikun inqas mis-sehem tal-emissjonijiet ta’ referenza skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/842 għas-sorsi ta’ emissjonijiet 1A3b, 1A4a u 1A4b, kif stabbilit fil-Linji Gwida tal-IPCC tal-2006 għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra għall-medja tal-perjodu 2016-2018, kif rieżaminat b’mod komprensiv skont l-Artikolu 4(3) ta’ dak ir-Regolament. L-α i tal-Istati Membri b’GNI per capita ogħla mill-valur tal-UE-27 jiġu aġġustati proporzjonalment biex jiġi żgurat li s-somma tal-α i kollha tkun ugwali għal 100 %. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|