+ANNESS IV

ANNESS IV




ANNESS IV

Indikaturi komuni għal objettivi intermedji u miri indikattivi għall-Pjanijiet Soċjali għall-Klima tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 6(1), punt (m), il-monitoraġġ mill-Istat Membru tal-implimentazzjoni tal-Pjan tiegħu msemmi fl-Artikolu 24(1), l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-progress lejn l-objettivi tal-Fond imsemmija fl-Artikolu 24(4)

Il-miżuri u l-investimenti jistgħu jikkontribwixxu għal diversi indikaturi komuni. Jekk il-Pjan ta’ Stat Membru ma jkun fih l-ebda miżura jew investiment li jikkontribwixxu għal xi wħud mill-indikaturi, Stat Membru jista’ jindika “mhux applikabbli”.



Numru

Indikatur komuni relatat mal-appoġġ tal-Fond

Spjegazzjoni

Unità

Settur tal-bini

Indikaturi tal-kuntest

1

L-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli

F’konformità mad-definizzjoni fl-Artikolu 2, il-punt (10).

L-għadd ta’ unitajiet domestiċi

2

L-għadd ta’ unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku

F’konformità mad-definizzjoni fl-Artikolu 2, il-punt (1).

L-għadd ta’ unitajiet domestiċi

Indikaturi tal-output

3

L-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli li bbenefikaw minn mill-inqas miżura strutturali waħda li naqqset l-emissjonijiet tagħhom fis-settur tal-bini

F’konformità mal-Artikolu 2, il-punt (10) u l-Artikolu 8(1). Miżuri dovuti għall-appoġġ mill-Fond biss.

L-għadd ta’ unitajiet domestiċi

4

L-għadd ta’ binjiet li jkunu għaddew minn rinnovazzjoni profonda (jiġifieri rinnovazzjoni li tittrasforma bini jew unità ta’ bini (a) qabel l-1 ta’ Jannar 2030, f’bini b’użu ta’ kważi żero enerġija (b) mill-1 ta’ Jannar 2030, f’bini b’emissjonijiet żero)

L-indikatur jgħodd l-għadd ta’ binjiet u l-erja tal-art korrispondenti li qed tiġi rinnovata kompletament jew parzjalment abbażi tal-appoġġ minn miżuri u investimenti taħt il-Fond, fejn “rinnovazzjoni tal-bini” hija definita fl-Artikolu 2, il-punt (13). Barra minn hekk, l-indikatur għandu jiddistingwi l-binjiet abbażi tal-klassi taċ-Ċertifikat tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija tagħhom, u jidentifika speċifikament kemm ġew rinnovati binjiet bl-agħar rendiment.

Unitajiet tal-bini

5

L-erja tal-art utli totali ta’ binjiet li jkunu għaddew minn rinnovazzjoni profonda (jiġifieri rinnovazzjoni li tittrasforma bini jew unità ta’ bini (a) qabel l-1 ta’ Jannar 2030, f’bini b’użu ta’ kważi żero enerġija (b) mill-1 ta’ Jannar 2030, f’bini b’emissjonijiet żero)

L-erja tal-art rinnovata (m2/sena)

6

L-għadd ta’ binjiet li jkunu għaddew minn rinnovazzjoni enerġetika oħra (jiġifieri r-rinnovazzjonijiet enerġetiċi kollha għajr ir-rinnovazzjonijiet profondi, li għandhom jiġu rrapportati hawn fuq)

Unitajiet tal-bini

7

L-erja tal-art utli totali ta’ binjiet li jkunu għaddew minn rinnovazzjoni enerġetika oħra (jiġifieri r-rinnovazzjonijiet enerġetiċi kollha għajr ir-rinnovazzjonijiet profondi, li għandhom jiġu rrapportati hawn fuq)

L-erja tal-art rinnovata (m2/sena)

8

Is-sostituzzjoni ta’ installazzjoni tat-tisħin bil-fjuwils fossili b’apparat ibbażat fuq sorsi rinnovabbli u/jew installazzjoni effiċjenti ħafna abbażi tal-klassi tat-Tikketta tal-Enerġija kif stabbilita fl-att legali rilevanti.

Dawn l-azzjonijiet jilħqu l-parametru referenzjarju tal-UE għas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u s-sehem indikattiv tal-enerġija rinnovabbli (fil-konsum finali tal-enerġija) stabbilit fil-livell nazzjonali fis-settur tal-bini skont id-dispożizzjoni rilevanti tad-Direttiva (UE) 2018/2001.Is-sistemi ta’ tisħin u tkessiħ rinnovabbli u l-elettriku rinnovabbli t-tnejn jistgħu jikkontribwixxu għal dan il-parametru referenzjarju. Dawn l-azzjonijiet jikkontribwixxu wkoll għall-mira tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli skont id-dispożizzjoni rilevanti ta’ dik id-Direttiva. Jikkonċerna biss sostituzzjonijiet addizzjonali ta’ installazzjonijiet tat-tisħin bil-fjuwils fossili dovuti għall-appoġġ mill-Fond.

L-għadd ta’ unitajiet ta’ installazzjoni tat-tisħin bil-fjuwils fossili sostitwiti (eż. b’pompa tas-sħana jew installazzjoni solari termali)

9

Kapaċità operazzjonali addizzjonali installata għall-enerġija rinnovabbli

Dan jikkonċerna biss il-kapaċità operazzjonali addizzjonali dovuta għall-appoġġ mill-Fond.

MW

10

L-għadd ta’ unitajiet

Indikaturi tar-riżultati

11

It-tnaqqis fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli

It-tnaqqis fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli bħala riżultat ta’ miżuri u investimenti ffinanzjati taħt il-Fond.

%

12

It-tnaqqis stmat fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-settur tal-bini

It-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-settur tal-bini li jirriżulta minn miżuri u investimenti ffinanzjati mill-Fond.

L-emissjonijiet fis-settur tal-bini huma stabbiliti bħala dawk koperti mill-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE (għas-settur tal-bini, is-sorsi tal-emissjonijiet 1A4a u 1A4b kif stabbiliti fil-Linji Gwida tal-IPCC għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-2006).

ktCO2e

13

It-tnaqqis fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku

It-tnaqqis fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku bħala riżultat ta’ miżuri u investimenti ffinanzjati taħt il-Fond.

L-Istati Membri kkonċernati mill-Artikolu 3(3), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2018/1999 għandhom jinkludu, skont l-Artikolu 24, il-punt (b) ta’ dak ir-Regolament, fir-rapport ta’ progress nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima informazzjoni kwantitattiva dwar l-għadd ta’ unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku. L-Istati Membri jistgħu jużaw u mhumiex limitati għall-indikaturi disponibbli għall-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea (Eurostat) identifikati bħala rilevanti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1563 tal-14 ta’ Ottubru 2020 dwar il-faqar enerġetiku (1), elenkati fil-mudell ta’ rapportar għar-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima.

L-indikatur ma jgħoddx abitazzjonijiet kollettivi bħal sptarijiet, djar tal-kura, ħabsijiet, kwartieri militari, istituzzjonijiet reliġjużi, djar ta’ alloġġ, hostels tal-ħaddiema, eċċ.

%

14

L-iffrankar fil-konsum annwali tal-enerġija primarja

L-iffrankar tal-enerġija miksub għandu jiġi kkalkulat, għal dan l-għan, abbażi biss tal-appoġġ finanzjarju mill-Fond.

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar it-tnaqqis annwali fil-konsum tal-enerġija finali/primarja miksub fost l-unitajiet domestiċi vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza enerġetika (riformulazzjoni) dovut għall-appoġġ tal-Fond li huwa komplementari għall-Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dik id-Direttiva, inkluż l-appoġġ li jgħaddi minn skemi ta’ obbligu b’rabta mal-effiċjenza enerġetika u miżuri ta’ politika alternattivi skont id-dispożizzjoni rilevanti tad-Direttiva u inkluż interventi mwettqa għall-konformità mal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont id-dispożizzjoni rilevanti ta’ dik id-Direttiva.

MWh/sena

15

kWh/m2 (jekk tkun disponibbli l-erja totali tal-art)

16

L-iffrankar fil-konsum annwali tal-enerġija finali

Il-linja bażi tirreferi għall-konsum annwali tal-enerġija finali u primarja qabel l-intervent, u l-valur miksub jirreferi għall-konsum annwali tal-enerġija finali u primarja għas-sena ta’ wara l-intervent.

L-iffrankar tal-enerġija f’bini individwali għandu jiġi ddokumentat abbażi taċ-Ċertifikati tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija jew kriterji oħra għad-determinazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija mmirat jew miksub stipulat fid-dispożizzjoni rilevanti tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulazzjoni).

kWh/m2 (jekk tkun disponibbli l-erja totali tal-art)

17

MWh/sena

Settur tat-trasport bit-triq

Indikaturi tal-kuntest

18

L-għadd ta’ utenti tat-trasport vulnerabbli

F’konformità mad-definizzjoni fl-Artikolu 2, il-punt (12).

L-għadd ta’ unitajiet domestiċi

19

L-għadd ta’ unitajiet domestiċi f’faqar tat-trasport

F’konformità mad-definizzjoni fl-Artikolu 2, il-punt (2).

L-għadd ta’ unitajiet domestiċi

Indikaturi tal-output

20

L-għadd ta’ utenti tat-trasport vulnerabbli li bbenefikaw minn mill-inqas miżura strutturali waħda li naqqset l-emissjonijiet tagħhom fis-settur tat-trasport bit-triq

F’konformità mal-Artikolu 2, il-punt (12) u l-Artikolu 8(1). Miżuri dovuti għall-appoġġ mill-Fond biss.

L-għadd ta’ unitajiet domestiċi

21

Ix-xiri ta’ vetturi b’emissjonijiet żero

L-għadd ta’ vetturi b’emissjonijiet żero appoġġati minn miżuri u investimenti ffinanzjati taħt il-Fond.

L-għadd ta’ vetturi b’emissjonijiet żero

22

Ix-xiri ta’ vetturi b’emissjonijiet baxxi

L-għadd ta’ vetturi b’emissjonijiet baxxi appoġġati minn miżuri u investimenti ffinanzjati taħt il-Fond.

L-għadd ta’ vetturi b’emissjonijiet baxxi

23

Ix-xiri ta’ roti u vetturi ta’ mikromobbiltà

L-għadd ta’ roti u vetturi ta’ mikromobbiltà appoġġati minn miżuri u investimenti ffinanzjati taħt il-Fond.

L-għadd ta’ roti u vetturi ta’ mikromobbiltà

24

Infrastruttura addizzjonali għall-fjuwils alternattivi (punti tar-riforniment/tal-irriċarġjar)

L-għadd ta’ punti tar-riforniment u tal-irriċarġjar (ġodda jew aġġornati) għal vetturi b’emissjonijiet żero jew baxxi appoġġati minn miżuri u investimenti ffinanzjati taħt il-Fond, b’enfasi addizzjonali fuq żoni remoti.

It-termini “fjuwil alternattiv”, “punt tal-irriċarġjar” u “punt tar-riforniment” għandu jkollhom l-istess tifsira bħad-definizzjonijiet ta’ dawn it-termini fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

L-indikatur għandu jinġabar u jiġi rrapportat separatament għal (i) il-punti tal-irriċarġjar; u (ii) il-punti tar-riforniment.

Bħala parti minn dan tal-aħħar, (iii) il-punti tar-riforniment tal-idroġenu għandhom jiġu rrapportati separatament.

L-għadd ta’ punti tar-riforniment u tal-irriċarġjar

25

Biljetti tat-trasport pubbliku bi prezz imnaqqas jew b’xejn

L-għadd ta’ utenti tat-trasport pubbliku appoġġati minn miżuri u investimenti ffinanzjati taħt il-Fond.

L-indikatur għandu jinġabar u jiġi rrapportat separatament għal (i) biljetti bi prezz imnaqqas; u (ii) biljetti b’xejn.

L-għadd ta’ utenti

26

Soluzzjonijiet addizzjonali ta’ mobbiltà kondiviża u mobbiltà bħala servizz

L-għadd ta’ utenti ta’ soluzzjonijiet ta’ mobbiltà kondiviża u mobbiltà bħala servizz appoġġati minn miżuri u investimenti ffinanzjati taħt il-Fond.

L-għadd ta’ utenti

27

Unitajiet

28

Infrastruttura ddedikata għaċ-ċikliżmu appoġġata

It-tul tal-infrastruttura ddedikata għaċ-ċikliżmu li tkun għadha kif inbniet jew li tkun ġiet aġġornata b’mod sinifikanti permezz ta’ proġetti appoġġati mill-Fond. Infrastruttura ddedikata għaċ-ċikliżmu tinkludi faċilitajiet taċ-ċikliżmu separati mit-toroq għat-traffiku tal-vetturi jew partijiet oħra tal-istess triq b’mezzi strutturali (bħal kurduni tal-bankini u barrieri), toroq għaċ-ċikliżmu, mini għaċ-ċikliżmu, eċċ. Għall-infrastruttura taċ-ċikliżmu b’korsiji separati f’direzzjoni waħda (eż. fuq kull naħa ta’ triq), it-tul jitkejjel bħala t-tul tal-korsija.

L-għadd ta’ km

Indikaturi tar-riżultati

29

It-tnaqqis fl-għadd ta’ utenti tat-trasport vulnerabbli

It-tnaqqis fl-għadd ta’ utenti tat-trasport vulnerabbli bħala riżultat ta’ miżuri u investimenti ffinanzjati taħt il-Fond.

%

30

It-tnaqqis fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi f’faqar tat-trasport

It-tnaqqis fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi f’faqar tat-trasport bħala riżultat ta’ miżuri u investimenti ffinanzjati taħt il-Fond.

%

31

It-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-settur tat-trasport bit-triq

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar it-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-settur tat-trasport bit-triq li rriżulta minn miżuri u investimenti ffinanzjati mill-Fond.

L-emissjonijiet fis-settur tat-trasport bit-triq huma definiti bħala dawk koperti mill-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE (għas-settur tat-trasport bit-triq, is-sorsi tal-emissjonijiet 1A3b kif stabbiliti fil-Linji Gwida tal-IPCC għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-2006).

ktCO2e

Mikrointrapriżi (kemm is-settur tal-bini kif ukoll dak tat-trasport bit-triq)

Indikaturi tal-kuntest

32

L-għadd ta’ mikrointrapriżi vulnerabbli

F’konformità mad-definizzjoni fl-Artikolu 2, il-punt (11).

L-għadd ta’ mikrointrapriżi

Indikaturi tal-output

33

L-għadd ta’ mikrointrapriżi vulnerabbli li bbenefikaw minn mill-inqas miżura strutturali waħda li naqqset l-emissjonijiet tagħhom fis-settur tal-bini u s-settur tat-trasport bit-triq

F’konformità mal-Artikolu 2, il-punt (11) u l-Artikolu 8(1). Miżuri dovuti għall-appoġġ mill-Fond biss.

L-għadd ta’ mikrointrapriżi

Indikaturi tar-riżultati

34

It-tnaqqis fl-għadd ta’ mikrointrapriżi vulnerabbli

It-tnaqqis fl-għadd ta’ mikrointrapriżi vulnerabbli bħala riżultat ta’ miżuri u investimenti ffinanzjati taħt il-Fond.

%

Appoġġ Dirett għall-introjtu temporanju

Indikaturi tal-kuntest

35

Sehem tal-appoġġ dirett għall-introjtu temporanju fil-kostijiet totali tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima

F’konformità mal-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 10.

%

Indikaturi tal-output

36

L-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli li rċevew appoġġ temporanju dirett għall-introjtu

L-indikatur għandu jindika l-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli li jkunu rċevew appoġġ dirett għall-introjtu temporanju, u b’hekk jingħaddu r-riċevituri finali kollha tal-appoġġ dirett għall-introjtu temporanju mħallas taħt il-Fond.

L-indikatur għandu jinġabar u jiġi rrapportat separatament għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli u għall-utenti tat-trasport vulnerabbli, f’konformità mal-Artikolu 2, il-punti (10) u (12) u l-Artikolu 4(3).

L-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli

(unità: unitajiet domestiċi)

37

L-għadd ta’ utenti tat-trasport vulnerabbli

(unità: unitajiet domestiċi)

Indikaturi tar-riżultati

38

Appoġġ temporanju medju dirett għall-introjtu għal kull unità domestika vulnerabbli u utent tat-trasport vulnerabbli

L-indikatur għandu jindika l-ammont medju ta’ appoġġ dirett għall-introjtu temporanju riċevut għal kull unità domestika vulnerabbli u utent tat-trasport vulnerabbli taħt il-Fond.

EUR/unità domestika (settur tal-bini)

39

EUR/unità domestika (settur tat-trasport bit-triq)

(1)   

ĠU L 357, 27.10.2020, p. 35.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0955
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.