+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 3.
---+Artikolu 2 3a.
---+Artikolu 2 4.
---+Artikolu 2 5.
---+Artikolu 2 6.
---+Artikolu 2 7.
---+Artikolu 2 8.
---+Artikolu 2 9.
---+Artikolu 2 10.
---+Artikolu 2 11.
---+Artikolu 2 12.

Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1.
Dan ir-Regolament japplika għall-oġġetti elenkati fl-Anness I li joriġinaw minn pajjiż terz, fejn dawk l-oġġetti, jew prodotti pproċessati minn dawk l-oġġetti kif jirriżulta mill-proċedura ta’ proċessar attiv imsemmija fl-Artikolu 256 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, jiġu importati fit-territorju doganali tal-Unjoni.
Artikolu 2 2.
Dan ir-Regolament japplika wkoll għall-oġġetti elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament li joriġinaw minn pajjiż terz, fejn dawk l-oġġetti, jew prodotti pproċessati minn dawk l-oġġetti kif jirriżulta mill-proċedura ta’ proċessar attiv imsemmija fl-Artikolu 256 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, jinġiebu fi gżira artifiċjali, struttura fissa jew li żżomm f’wiċċ l-ilma, jew kwalunkwe struttura oħra fuq il-blata kontinentali jew fiż-żona ekonomika esklużiva ta’ Stat Membru fil-viċinanzi immedjati tat-territorju doganali tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu kundizzjonijiet dettaljati għall-applikazzjoni tas-CBAM għal tali oġġetti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kunċetti ekwivalenti għal dawk ta’ importazzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni u ta’ rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa, fir-rigward tal-proċeduri relatati mal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni CBAM fir-rigward ta’ tali oġġetti u l-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet doganali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 3.
B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-oġġetti li għandhom jiġu ttrasportati jew użati fil-kuntest ta’ attivitajiet militari skont l-Artikolu 1, il-punt (49), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446. ( 1 ).
Artikolu 2 3a.

Dan ir-Regolament ma għandux japplika:

(a) 

għall-elettriku ġġenerat fuq il-blata kontinentali jew fiż-żona ekonomika esklużiva ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż jew territorju elenkat fil-punti 1 u 2 tal-Anness III;

(b) 

għall-idroġenu li joriġina fuq il-blata kontinentali jew miż-żona ekonomika esklużiva ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż jew territorju elenkat fil-punt 1 tal-Anness III.

Artikolu 2 4.
B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal oġġetti li joriġinaw fil-pajjiżi u t-territorji terzi elenkati fil-punt 1 tal-Anness III.
Artikolu 2 5.
L-oġġetti importati għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw minn pajjiżi terzi f’konformità mar-regoli ta’ oriġini mhux preferenzjali kif imsemmija fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
Artikolu 2 6.

Il-pajjiżi u t-territorji terzi għandhom jiġu elenkati fil-punt 1 tal-Anness III meta jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-EU ETS tapplika għal dak il-pajjiż jew it-territorju terz jew ikun ġie konkluż ftehim bejn dak il-pajjiż jew it-territorju terz u l-Unjoni li jorbot bis-sħiħ l-EU ETS u s-sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ dak il-pajjiż jew it-territorju terz;

(b) 

il-prezz tal-karbonju mħallas fil-pajjiż li fih joriġinaw l-oġġetti jiġi impost effettivament fuq l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra integrati f’dawk l-oġġetti mingħajr ebda ribass lil hinn minn dak applikat ukoll fl-EU ETS.

Artikolu 2 7.

Jekk pajjiż jew territorju terz ikollu suq tal-elettriku li jkun integrat fis-suq intern tal-Unjoni għall-elettriku permezz tal-akkoppjament tas-swieq, u ma jkunx hemm soluzzjoni teknika għall-applikazzjoni tas-CBAM għall-importazzjoni tal-elettriku fit-territorju doganali tal-Unjoni, minn dak il-pajjiż jew it-territorju terz, dik l-importazzjoni tal-elettriku minn dak il-pajjiż jew it-territorju għandha tkun eżentata mill-applikazzjoni tas-CBAM, dment li l-Kummissjoni tkun ivvalutat li l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ġew issodisfati skont il-paragrafu 8:

(a) 

il-pajjiż jew it-territorju terz ikun ikkonkluda ftehim mal-Unjoni li jistabbilixxi obbligu li tiġi applikata l-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-elettriku, inkluża l-leġiżlazzjoni dwar l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, kif ukoll regoli oħra fil-qasam tal-enerġija, l-ambjent u l-kompetizzjoni;

(b) 

il-leġiżlazzjoni nazzjonali f’dak il-pajjiż jew it-territorju terz timplimenta d-dispożizzjonijiet ewlenin tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-suq tal-elettriku, inkluż l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-akkoppjament tas-swieq tal-elettriku;

(c) 

il-pajjiż jew it-territorju terz ikun ippreżenta pjan direzzjonali lill-Kummissjoni li jkun fih kalendarju għall-adozzjoni ta’ miżuri biex jimplimenta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (d) u (e);

(d) 

il-pajjiż jew it-territorju terz ikun impenja ruħu għan-newtralità klimatika sal-2050 u b’konsegwenza ta’ dan, jekk ikun il-każ, ikun ifformula formalment u kkomunika lill-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) sa nofs is-seklu strateġija ta’ żvilupp fit-tul ta’ emissjonijiet baxxi ta’ gassijiet serra allinjata ma’ dak l-objettiv, u jkun irrispetta dak l-impenn fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu;

(e) 

il-pajjiż jew it-territorju terz, meta jimplimenta l-pjan direzzjonali msemmija fil-punt (c), ikun wera li rrispetta l-iskadenzi ffissati u l-progress sostanzjali lejn l-allinjament tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni dwar il-klima fuq il-bażi ta’ dak il-pjan direzzjonali, inkluż lejn l-ipprezzar tal-karbonju f’livell ekwivalenti għal dak fl-Unjoni b’mod partikolari sa fejn hija kkonċernata l-ġenerazzjoni tal-elettriku; l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-elettriku, bi prezz ekwivalenti għall-EU ETS, għandha tiġi ffinalizzata sal-1 ta’ Jannar 2030;

(f) 

il-pajjiż jew it-territorju terz ikun qiegħed fis-seħħ sistema effikaċi biex tipprevjeni l-importazzjoni indiretta tal-elettriku fl-Unjoni minn pajjiżi jew territorji terzi oħra li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti minn (a) sa (e).

Artikolu 2 8.
Pajjiż jew territorju terz li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 7 għandu jiġi elenkat fil-punt 2 tal-Anness III, u għandu jippreżenta żewġ rapporti dwar l-issodisfar ta’ dawk il-kundizzjonijiet, l-ewwel wieħed sal-1 ta’ Lulju 2025 u t-tieni sal-31 ta’ Diċembru 2027. Sal-31 ta’ Diċembru 2025 u sal-1 ta’ Lulju 2028, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, partikolarment fuq il-bażi tal-pjan direzzjonali msemmi fil-paragrafu 7, il-punt (c), u r-rapporti li tirċievi mill-pajjiż jew it-territorju terz, jekk dak il-pajjiż jew it-territorju terz għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 7.
Artikolu 2 9.

Pajjiż jew territorju terz elenkat fil-punt 2 tal-Anness III għandu jitneħħa minn dik il-lista meta tkun tapplika waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-Kummissjoni jkollha raġunijiet biex tqis li dak il-pajjiż jew it-territorju terz ma jkunx wera biżżejjed progress biex jikkonforma ma’ waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 7, jew li dak il-pajjiż jew it-territorju terz ikun ħa azzjoni li ma tkunx kompatibbli mal-objettivi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-klima u l-ambjent;

(b) 

dak il-pajjiż jew it-territorju terz ikun ħa passi kontra l-objettivi tiegħu għad-dekarbonizzazzjoni, bħall-forniment ta’ appoġġ pubbliku għall-istabbiliment ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni ġdida li temetti aktar minn 550 gramma ta’ diossidu tal-karbonju (“CO2”) ta’ oriġini fossili għal kull kilowatt-siegħa ta’ elettriku.

(c) 

il-Kummissjoni jkollha evidenza li, bħala riżultat ta’ żieda fl-esportazzjonijiet tal-elettriku lejn l-Unjoni, l-emissjonijiet għal kull kilowatt-siegħa mill-produzzjoni tal-elettriku f’dak il-pajjiż jew it-territorju terz ikunu żdiedu b’mill-inqas 5 % meta mqabbla mal-1 ta’ Jannar 2026.

Artikolu 2 10.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri għal pajjiżi jew territorji terzi li jitneħħew mil-lista fil-punt 2 tal-Anness III, biex tiżgura l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal dawk il-pajjiżi jew dawk it-territorji fir-rigward tal-elettriku. Jekk f’każijiet bħal dawn l-akkoppjament tas-swieq jibqa’ inkompatibbli mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li teskludi lil dawk il-pajjiżi jew it-territorji terzi mill-akkoppjament tas-swieq tal-Unjoni u tirrikjedi allokazzjoni tal-kapaċità espliċita mal-fruntiera bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi jew it-territorji terzi, biex ikun jista’ japplika s-CBAM.
Artikolu 2 11.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 biex temenda l-listi ta’ pajjiżi jew territorji terzi elenkati fil-punt 1 jew 2 tal-Anness III, billi żżid jew tħassar pajjiż jew territorju terz, skont jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 6, 7 jew 9 ta’ dan l-Artikolu jkunux issodisfati fir-rigward ta’ dak il-pajjiż jew territorju terz.
Artikolu 2 12.
L-Unjoni tista’ tikkonkludi ftehimiet ma’ pajjiżi terzi bil-ħsieb li tqis il-mekkaniżmi tal-ipprezzar tal-karbonju f’tali pajjiżi jew territorji għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 9.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.