+Artikolu 2 7.

Artikolu 2 7.

Jekk pajjiż jew territorju terz ikollu suq tal-elettriku li jkun integrat fis-suq intern tal-Unjoni għall-elettriku permezz tal-akkoppjament tas-swieq, u ma jkunx hemm soluzzjoni teknika għall-applikazzjoni tas-CBAM għall-importazzjoni tal-elettriku fit-territorju doganali tal-Unjoni, minn dak il-pajjiż jew it-territorju terz, dik l-importazzjoni tal-elettriku minn dak il-pajjiż jew it-territorju għandha tkun eżentata mill-applikazzjoni tas-CBAM, dment li l-Kummissjoni tkun ivvalutat li l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ġew issodisfati skont il-paragrafu 8:

(a) 

il-pajjiż jew it-territorju terz ikun ikkonkluda ftehim mal-Unjoni li jistabbilixxi obbligu li tiġi applikata l-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-elettriku, inkluża l-leġiżlazzjoni dwar l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, kif ukoll regoli oħra fil-qasam tal-enerġija, l-ambjent u l-kompetizzjoni;

(b) 

il-leġiżlazzjoni nazzjonali f’dak il-pajjiż jew it-territorju terz timplimenta d-dispożizzjonijiet ewlenin tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-suq tal-elettriku, inkluż l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-akkoppjament tas-swieq tal-elettriku;

(c) 

il-pajjiż jew it-territorju terz ikun ippreżenta pjan direzzjonali lill-Kummissjoni li jkun fih kalendarju għall-adozzjoni ta’ miżuri biex jimplimenta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (d) u (e);

(d) 

il-pajjiż jew it-territorju terz ikun impenja ruħu għan-newtralità klimatika sal-2050 u b’konsegwenza ta’ dan, jekk ikun il-każ, ikun ifformula formalment u kkomunika lill-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) sa nofs is-seklu strateġija ta’ żvilupp fit-tul ta’ emissjonijiet baxxi ta’ gassijiet serra allinjata ma’ dak l-objettiv, u jkun irrispetta dak l-impenn fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu;

(e) 

il-pajjiż jew it-territorju terz, meta jimplimenta l-pjan direzzjonali msemmija fil-punt (c), ikun wera li rrispetta l-iskadenzi ffissati u l-progress sostanzjali lejn l-allinjament tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni dwar il-klima fuq il-bażi ta’ dak il-pjan direzzjonali, inkluż lejn l-ipprezzar tal-karbonju f’livell ekwivalenti għal dak fl-Unjoni b’mod partikolari sa fejn hija kkonċernata l-ġenerazzjoni tal-elettriku; l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-elettriku, bi prezz ekwivalenti għall-EU ETS, għandha tiġi ffinalizzata sal-1 ta’ Jannar 2030;

(f) 

il-pajjiż jew it-territorju terz ikun qiegħed fis-seħħ sistema effikaċi biex tipprevjeni l-importazzjoni indiretta tal-elettriku fl-Unjoni minn pajjiżi jew territorji terzi oħra li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti minn (a) sa (e).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.