|
+Artikolu 5 5. |
Artikolu 5 5.L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja dwar l-applikant:
(a)
l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni ta’ kuntatt;
(b)
in-numru EORI;
(c)
attività ekonomika ewlenija mwettqa fl-Unjoni;
(d)
ċertifikazzjoni mill-awtorità tat-taxxa fl-Istat Membru fejn l-applikant ikun stabbilit li l-applikant mhuwiex soġġett għal ordni ta’ rkupru pendenti għal djun tat-taxxa nazzjonali;
(e)
dikjarazzjoni tal-unur li l-applikant ma kien involut fl-ebda ksur serju jew ksur ripetut ta’ leġiżlazzjoni doganali, regoli dwar it-tassazzjoni jew regoli dwar l-abbuż tas-suq matul il-ħames snin qabel is-sena tal-applikazzjoni, inkluż li ma għandu l-ebda rekord ta’ reati serji rigward l-attività ekonomika tiegħu;
(f)
informazzjoni meħtieġa biex tintwera l-kapaċità finanzjarja u operazzjonali biex jiġu ssodisfati l-obbligi tal-applikant skont ir-Regolament u, jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi hekk fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, dokumenti ta’ sostenn li jikkonfermaw dik l-informazzjoni, bħar-rapport tal-introjtu u l-karta tal-bilanċi sal-aħħar tliet snin finanzjarji li għalihom kienu magħluqa l-kontijiet;
(g)
il-kwantità stmata tal-importazzjonijiet ta’ oġġetti fit-territorju doganali tal-Unjoni skont it-tip ta’ oġġetti u l-informazzjoni dwar l-Istati Membri tal-importazzjoni, għas-sena kalendarja li matulha tiġi ppreżentata l-applikazzjoni, u għas-sena kalendarja ta’ wara;
(ga)
in-numru taċ-ċertifikat tal-operatur ekonomiku awtorizzat (AEO), jekk l-applikant ikun ingħata l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;
(h)
ismijiet u informazzjoni ta’ kuntatt tal-persuni li f’isimhom ikun qed jaġixxi l-applikant, jekk applikabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|