+Artikolu 5 Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 1a.
---+Artikolu 5 1b.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 2a.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 7a.
---+Artikolu 5 8.
|
Artikolu 5 Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
Kull importatur stabbilit fi Stat Membru, qabel ma jimporta oġġetti fit-territorju doganali tal-Unjoni, għandu japplika għall-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM (“applikazzjoni għal awtorizzazzjoni”).
|
|
Artikolu 5 1a.
|
Rappreżentant doganali indirett għandu jikseb l-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM qabel ma jimporta oġġetti fit-territorju doganali tal-Unjoni. Rappreżentant doganali indirett għandu jaġixxi bħala dikjarant awtorizzat CBAM meta r-rappreżentant doganali indirett jinħatar minn importatur f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u jaqbel li jaġixxi bħala dikjarant awtorizzat CBAM, irrispettivament minn jekk l-importatur ikunx eżentat mill-obbligi skont dan ir-Regolament, l-Artikolu 2a ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 5 1b.
|
Meta jkun japplika l-Artikolu 2a, l-importatur għandu jippreżenta l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni f’każijiet meta dak l-importatur jistenna li jaqbeż is-soll uniku bbażat fuq il-massa.
|
|
Artikolu 5 2.
|
Meta importatur ma jkunx stabbilit fi Stat Membru, ir-rappreżentant doganali indirett għandu jikseb l-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM, irrispettivament minn jekk l-importatur ikunx eżentat mill-obbligi skont dan ir-Regolament skont l-Artikolu 2a.
|
|
Artikolu 5 2a.
|
Meta rappreżentant doganali indirett jaġixxi bħala dikjarant awtorizzat CBAM f’isem importatur, ir-rappreżentant doganali indirett għandu jkun soġġett għall-obbligi applikabbli għall-importatur skont dan ir-Regolament, fir-rigward tal-oġġetti importati f’isem dak l-importatur minn dak ir-rappreżentant doganali indirett.
|
|
Artikolu 5 3.
|
L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandha tiġi ppreżentata permezz tar-reġistru CBAM stabbilit skont l-Artikolu 14.
|
|
Artikolu 5 4.
|
B’deroga mill-paragrafu 1, fejn il-kapaċità tat-trażmissjoni għall-importazzjoni tal-elettriku tiġi allokata permezz ta’ allokazzjoni espliċita tal-kapaċità, il-persuna li lilha tkun ġiet allokata l-kapaċità għall-importazzjoni u li tinnomina din il-kapaċità għall-importazzjoni, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandha titqies bħala dikjarant awtorizzat CBAM fl-Istat Membru fejn il-persuna tiddikjara l-importazzjoni tal-elettriku fid-dikjarazzjoni doganali. L-importazzjonijiet iridu jitkejlu għal kull fruntiera għal perjodi ta’ żmien mhux itwal minn siegħa u ma għandu jkun possibbli l-ebda tnaqqis ta’ esportazzjoni jew ta’ tranżitu fl-istess siegħa. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih id-dikjarazzjoni doganali tkun ġiet ippreżentata għandha tirreġistra lill-persuna fir-reġistru CBAM.
|
|
Artikolu 5 5.
|
L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja dwar l-applikant:
(a)
l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni ta’ kuntatt;
(c)
attività ekonomika ewlenija mwettqa fl-Unjoni;
(d)
ċertifikazzjoni mill-awtorità tat-taxxa fl-Istat Membru fejn l-applikant ikun stabbilit li l-applikant mhuwiex soġġett għal ordni ta’ rkupru pendenti għal djun tat-taxxa nazzjonali;
(e)
dikjarazzjoni tal-unur li l-applikant ma kien involut fl-ebda ksur serju jew ksur ripetut ta’ leġiżlazzjoni doganali, regoli dwar it-tassazzjoni jew regoli dwar l-abbuż tas-suq matul il-ħames snin qabel is-sena tal-applikazzjoni, inkluż li ma għandu l-ebda rekord ta’ reati serji rigward l-attività ekonomika tiegħu;
(f)
informazzjoni meħtieġa biex tintwera l-kapaċità finanzjarja u operazzjonali biex jiġu ssodisfati l-obbligi tal-applikant skont ir-Regolament u, jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi hekk fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, dokumenti ta’ sostenn li jikkonfermaw dik l-informazzjoni, bħar-rapport tal-introjtu u l-karta tal-bilanċi sal-aħħar tliet snin finanzjarji li għalihom kienu magħluqa l-kontijiet;
▼M1
(g)
il-kwantità stmata tal-importazzjonijiet ta’ oġġetti fit-territorju doganali tal-Unjoni skont it-tip ta’ oġġetti u l-informazzjoni dwar l-Istati Membri tal-importazzjoni, għas-sena kalendarja li matulha tiġi ppreżentata l-applikazzjoni, u għas-sena kalendarja ta’ wara;
▼M1
(ga)
in-numru taċ-ċertifikat tal-operatur ekonomiku awtorizzat (AEO), jekk l-applikant ikun ingħata l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;
▼B
(h)
ismijiet u informazzjoni ta’ kuntatt tal-persuni li f’isimhom ikun qed jaġixxi l-applikant, jekk applikabbli.
|
|
Artikolu 5 6.
|
L-applikant jista’ jirtira l-applikazzjoni tiegħu fi kwalunkwe mument.
|
|
Artikolu 5 7.
|
Id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jinforma lill-awtorità kompetenti, permezz tar-reġistru CBAM, mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu li tkun saret wara li d-deċiżjoni li tagħti l-istatus tad-dikjarant awtorizzat CBAM tkun ġiet adottata skont l-Artikolu 17 li tista’ tinfluwenza dik id-deċiżjoni jew il-kontenut tal-awtorizzazzjoni mogħtija bis-saħħa tagħha.
|
|
Artikolu 5 7a.
|
Dikjarant awtorizzat CBAM jista’ jiddelega l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet CBAM kif imsemmi fl-Artikolu 6 lil persuna li taġixxi f’isem dak id-dikjarant awtorizzat CBAM. Id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jibqa’ responsabbli għall-konformità mal-obbligi applikabbli għalih skont dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 5 8.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-komunikazzjonijiet bejn l-applikant, l-awtorità kompetenti u l-Kummissjoni, il-format standard tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni u l-proċeduri għall-preżentazzjoni tali applikazzjoni permezz tar-reġistru CBAM, il-proċedura li l-awtorità kompetenti għandha ssegwi u l-iskadenzi għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u r-regoli għall-identifikazzjoni tad-dikjaranti awtorizzati CBAM mill-awtorità kompetenti għall-importazzjoni tal-elettriku. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|